Left arrow Mur Lura

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-IPPJANAR U SIMPLIFIKAZZJONI AMMINISTRATTIVA, MICHAEL FALZON, JIPPARTEĊIPA FL-OECD – INTERNATIONAL FORUM ON OPEN GOVERNMENT, F’PARIĠI

pr142248
Date Icon 03/10/2014

Is-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva, l-Avukat Michael Falzon, nhar id-29 ta’ Settembru 2014, ha sehem f’laqgħa tal-Kumitat Konsultattiv tal-MENA fi ħdan l-OECD.

Il-laqgħa saret fil-kwartieri ġenerali tal-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (OECD) f’Pariġi, fi Franza.

Matul din il-laqgħa tal-Kumitat Konsultattiv ġew diskussi diversi temi, fosthom l-importanza tat-taħriġ għal persuni responsabbli mill-Amministrazzjoni Pubblika, il-bżonn ta’ aktar kontabilità fid-diversi oqsma tat-tmexxija, kif ukoll il-ħtieġa ta’ aktar ko-operazzjoni u għajnuna bejn id-diversi pajjiżi parteċipanti.

Fl-intervent tiegħu, l-Avukat Falzon tkellem fuq l-importanza tat-temi relattivi, biss saħaq illi ma hemmx soluzzjoni waħda li tista’ tgħodd għall-pajjiżi kollha.  Minkejja dan iżda, l-Avukat Falzon insista li kull pajjiż jista’ jitgħallem minn ieħor u d-diversità fiha nnifisha tagħti lok illi wieħed jaqsam u jitgħallem mill-esperjenzi ta’ oħrajn.

L-għada, it-30 ta’ Settembru, s-Segretarju Parlamentari Michael Falzon, flimkien mal-Kap taċ-Ċivil, is-Sur Mario Cutajar, ħa sehem f’forum internazzjonali organizzat mill-OECD li kien jittratta l-kunċett ta’ Amministrazzjoni Aperta (Open Government).

Dan il-forum, illi kellu attendenza numeruża minn bosta pajjiżi, tratta diversi aspetti tal-kunċett ta’ “Open Government”; xi ħaġa illi hija wkoll ta’ prijorità għall-Amministrazzjoni preżenti.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Inqas burokrazija, aktar vuċi u protezzjoni għall-volontarjat: Riforma fil-volontarjat li tagħti aktar saħħa lill-organizzazzjonijiet u, għall-ewwel darba, protezzjoni legali speċifika lill-voluntiera

PR262044

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inqas burokrazij...

Aktar Stqarrijiet Right arrow