LOOM CHARMS ITTESTJATI NSTABU LI FIHOM PHTHALATES PROJBITI
B’referenza għall-istqarrija maħruġa fl- 4 ta’ Settembru ta’ din is-sena (pr141954), fejn operaturi ekonomiċi kienu ordnati biex jirrtiraw dawn ic-charms sakemm testijiet ikunu saru fuq dawn iċ-charms, kampjuni diversi ta’ dawn ic-charms minn fornituri identifikati kienu merfugħa mis-suq u ittestjati mill-Awtorità ta’ Malta għal Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) għall-prezenza ta’ prodotti kimiċi projbiti, specifikament phthalates. Dawn ic-charms instabu li għandhom konċentrazzjoni li taqbeż il-limitu legali preskritt fil-legislazzjoni applikabbli (REACH Regolament EC 1907/2006).
Fid-dawl ta’ dan, l-MCCAA tordna recall immedjata tac-charms mis-suq u tavza lill-konsumaturi sabiex ineħħu dawn il-prodotti mill-qabda ta’ tfal u sabiex jirritornaw dawn il-prodotti minn fejn inxtraw. L-Awtorità qiegħda tordna ġbir ta’ dawn ic-charms minħabba li kampjuni kollha ittestjati instabu li kellhom konċentrazzjoni ta’ phthalate li taqbeż il-limitu legali msemmi hawn fuq.
L-Awtorità twissi ukoll lill-operaturi ekonomiċi li infurzar u azzjoni legali ser tittieħed kontrihom jekk dawn il-prodotti jinstabu li tpoġġew fis-suq jew fornuti bi kwalunkwe mod.
Stqarrijiet Oħra:
PR262045
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...
PR262044