Left arrow Go Back

LOOM CHARMS ITTESTJATI NSTABU LI FIHOM PHTHALATES PROJBITI

pr142247
Date Icon 03/10/2014

B’referenza għall-istqarrija maħruġa fl- 4 ta’ Settembru ta’ din is-sena (pr141954), fejn operaturi ekonomiċi kienu ordnati biex jirrtiraw dawn ic-charms sakemm testijiet ikunu saru fuq dawn iċ-charms, kampjuni diversi ta’ dawn ic-charms minn fornituri identifikati kienu merfugħa mis-suq u ittestjati mill-Awtorità ta’ Malta għal Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) għall-prezenza ta’ prodotti kimiċi projbiti, specifikament phthalates. Dawn ic-charms instabu li għandhom konċentrazzjoni li taqbeż il-limitu legali preskritt fil-legislazzjoni applikabbli (REACH Regolament EC 1907/2006).

Fid-dawl ta’ dan, l-MCCAA tordna recall immedjata  tac-charms mis-suq u tavza lill-konsumaturi sabiex ineħħu dawn il-prodotti mill-qabda ta’ tfal u sabiex jirritornaw dawn il-prodotti minn fejn inxtraw. L-Awtorità qiegħda tordna ġbir ta’ dawn ic-charms minħabba li kampjuni kollha ittestjati instabu li kellhom konċentrazzjoni ta’ phthalate li taqbeż il-limitu legali msemmi hawn fuq. 

L-Awtorità twissi ukoll lill-operaturi ekonomiċi li infurzar u azzjoni legali ser tittieħed kontrihom jekk dawn il-prodotti jinstabu li tpoġġew fis-suq jew fornuti  bi kwalunkwe mod.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

More Press Releases Right arrow