Left arrow Go Back

Il-PRESIDENT TA’ MALTA MARIE LOUISE COLEIRO PRECA F’LAQGĦA MA’ DELEGAZZJONI PARLAMENTARI ĠERMANIŻA

pr142243
Date Icon 03/10/2014
Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca ltaqgħet ma’ delegazzjoni parlamentari Ġermaniża, deskritta bħala waħda importanti minħabba l-fatt li l-Ġermanja hija l-ikbar ekonomija Ewropea, u anki minħabba l-esperjenzi varji tagħha f’diversi oqsma.  Il-President ta’ Malta fost affarijiet oħra semmiet il-kwistjoni umanitarja tal-immigrazzjoni rregolari, b’nies li qed jaħarbu minn pajjiżhom minħabba zoni ta’ kunflitt. 

Il-kap tad-delegazzjoni parlamentari Ġermaniża Peter Bleser spjega lill-President ta’ Malta li hemm bżonn li l-Ewropa tindirizza din l-isfida kbira ta’ immigrazzjoni rregolari filwaqt li ta dettalji ta’ kif fil-Parlament Ġermaniż qed issir ħidma biex tindirizza din l-isfida.  Il-President esprimiet sodisfazzjon għall-fatt li l-Ġermanja qed tifhem li din hija problema kbira umanitarja u li hemm bżonn ta’ azzjoni mmedjata, hekk kif esperimiet ir-realta’ li ħafna drabi Malta qed tħossha waħidha tissielet ma’ din l-isfida. 

Waqt il-laqgħa il-President semmiet il-fatt kif Malta għandha relazzjoni b’saħħitha mal-Ġermanja anki dik intraprenditorjali, b’sebgħin kumpanija Ġermaniża li qed topera minn Malta.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

More Press Releases Right arrow