Left arrow Go Back

STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-GVERN TA’ MALTA

pr142240
Date Icon 02/10/2014
Permezz tal-bżulija tal-familji u n-negozji, Malta qed tistabilixxi ruħha fost l-aqwa pajjiżi fl-Unjoni Ewropea. L-Oppożizzjoni qed turi li għadha iżolata fil-kritika tagħha u ’l bogħod mir-riżultati pożittivi tal-ekonomija tagħna.
Ir-realtà ta’ pajjiżna hija kkonfermata minn istituzzjonijiet indipendenti li jiċċertifikaw l-andament ta’ kull pajjiż.
Il-Eurostat faħħret lil pajjiżna għaliex, fit-tieni kwart ta’ din is-sena, kellu l-ogħla rata ta’ tkabbir ekonomiku fl-Ewropa, b’żieda qawwija fl-investiment. Dan wassal biex il-qgħad niżel għall-inqas livell minn kemm ilha tinġabar din l-istatistika.
Il-Fitch faħħret lil pajjiżna għaliex it-tkabbir ekonomiku robust qed jiżboq il-medja taż-żona ewro u huwa dovut għall-miżuri li ħa dan il-Gvern fosthom ir-roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, l-inċentivi għad-dħul ta’ aktar nisa fid-dinja tax-xogħol u l-miżuri ta’ making-work-pay li tejbu l-kundizzjonijiet fis-suq tax-xogħol.
Il-Kummissjoni Ewropea faħħret lil pajjiżna għaliex il-kunfidenza ekonomika f’Malta tjiebet bi 3.5%, b’kuntrast mal-medja taż-żona ewro. Dan filwaqt li statistika mill-Bank Ċentrali juri li d-depożiti tal-familji Maltin u Għawdxin ma’ banek lokali żdiedu b’727 miljun ewro.  
Fl-istess ħin iżda llum il-kelliem tal-Oppożizzjoni, xahar wara li ġie ppubblikat id-dokument ta’ qabel il-budget, ipprova jagħti x’jifhem li l-ekonomija Maltija m’hijiex tikber u tkun produttiva. Dan huwa l-istess eks-Ministru li taħtu d-dejn nazzjonali żdied bi kważi miljun ewro kuljum, iġifieri żieda ta’ kważi 4000 ewro għal kull persuna.
Dak li qal l-eks-Ministru Tonio Fenech illum turi li l-Oppożizzjoni għadha maqtugħa mir-realtà tal-familji.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

More Press Releases Right arrow