Left arrow Mur Lura

STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER

pr142234
Date Icon 02/10/2014

Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra l-bieraħ l-1 ta’ Ottubru 2014, fost affarijiet oħra ddiskuta l-bini l-ġdid tal-Parlament u x-xogħlijiet li ma ġewx konklużi biex il-Parlament ikun jista’ jibda jiltaqa’ f’din il-binja fit-13 ta’ Ottubru, u dan kif indikat f’ittra mibgħuta lis-Sedja mill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi, fl-1 ta’ Ottubru 2014, liema ittra inqrat matul l-istess laqgħa tal-Kumitat. 

Illum l-Uffiċċju tal-Ispeaker waslitu korrispondenza mill-Ministru Mizzi li tinkludi dokumenti li ġew magħmula pubbliċi l-bieraħ mal-istqarrija għall-istampa maħruġa mill-Gvern dwar din il-materja, flimkien ma’ progress report tal-binja kollha b’informazzjoni dettaljata dwar f’liema stadju waslu x-xogħlijiet kollha, kif ukoll korrispondenza li tagħmel referenza għall-istess progress report.  Dawn id-dokumenti qed jitqiesu bħala li jifformaw parti mill-ittra tal-1 ta’ Ottubru 2014.

Il-kontenut ta’ dan ir-rapport u l-korrispondenza kollha diġa ġew mgħoddija lill-Membri kollha tal-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra għall-konsiderazzjoni tagħhom waqt il-laqgħa li jmiss tat-13 ta’ Ottubru 2014.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Inqas burokrazija, aktar vuċi u protezzjoni għall-volontarjat: Riforma fil-volontarjat li tagħti aktar saħħa lill-organizzazzjonijiet u, għall-ewwel darba, protezzjoni legali speċifika lill-voluntiera

PR262044

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inqas burokrazij...

Aktar Stqarrijiet Right arrow