STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER
Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra l-bieraħ l-1 ta’ Ottubru 2014, fost affarijiet oħra ddiskuta l-bini l-ġdid tal-Parlament u x-xogħlijiet li ma ġewx konklużi biex il-Parlament ikun jista’ jibda jiltaqa’ f’din il-binja fit-13 ta’ Ottubru, u dan kif indikat f’ittra mibgħuta lis-Sedja mill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi, fl-1 ta’ Ottubru 2014, liema ittra inqrat matul l-istess laqgħa tal-Kumitat.
Illum l-Uffiċċju tal-Ispeaker waslitu korrispondenza mill-Ministru Mizzi li tinkludi dokumenti li ġew magħmula pubbliċi l-bieraħ mal-istqarrija għall-istampa maħruġa mill-Gvern dwar din il-materja, flimkien ma’ progress report tal-binja kollha b’informazzjoni dettaljata dwar f’liema stadju waslu x-xogħlijiet kollha, kif ukoll korrispondenza li tagħmel referenza għall-istess progress report. Dawn id-dokumenti qed jitqiesu bħala li jifformaw parti mill-ittra tal-1 ta’ Ottubru 2014.
Il-kontenut ta’ dan ir-rapport u l-korrispondenza kollha diġa ġew mgħoddija lill-Membri kollha tal-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra għall-konsiderazzjoni tagħhom waqt il-laqgħa li jmiss tat-13 ta’ Ottubru 2014.
Other Press Releases:
PR262046
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...
PR262045