Left arrow Mur Lura

GĦAWDEX JESPERJENZA TKABBIR TA' AKTAR MINN GĦOXRIN FIL-MIJA F'AKKOMODAZZJONI FIL-LUKANDI, B' MOD RELATTIV FIX-XAHAR TA' LULJU 2014

pr142233
Date Icon 02/10/2014

Il-Ministru għat-Turiżmu jilqa’ bi pjaċir iċ-ċifri mħabbra dalgħodu mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika dwar l-Akkomodazzjoni Kollettiva fix-xahar ta’ Lulju 2014.  In-numru ta’ wasliet f’akkomodazzjonijiet kolletivi f’Lulju li għadda żdied b’aktar minn 8% meta mqabbel ma Lulju 2013.  L-iljieli mqatta minn turisti f’dawn l-akkomodazzjonijiet f’Lulju 2014, tela għal 1.1 miljuni, jiġifieri l-ogħla ammont rreġistrat mill-2007 u kif ukoll żieda ta’ 5% fuq l-istess xahar tas-sena l-oħra.

Il-wasliet żdiedu f’kull kategorija ta’ lukandi, madanakollu b’sodisfazzjon jiġi nnotat li f’Lulju ta’ din is-sena, il-lukandi ta’ ħames stilel irreġistraw żieda ta’ 9% meta kkomparat ma Lulju tas-sena l-oħra.  F’dan l-istess xahar imsemmi, il-lukandi ta’ ħames stilel f’Għawdex irreġistraw żieda ta’ 21% fil-wasliet u kważi 15% fl-iljieli mqatta meta mqabbel ma Lulju tal-2013.

Il-Ministru għat-Turiżmu Dr. Edward Zammit Lewis jgħid li qed iħares lejn dawn ir-riżultati pożittivi b’sodisfazzjon għaliex jaffermaw il-ħidma tal-Gvern għal turżmu sostenibbli u ta’ kwalita.  Il-Ministru jkompli jgħid li dawn ir-riżultati jkomplu jagħtu ħeġġa lil Gvern sabiex ifassal u jniedi aktar inizjattivi li jkomplu jgħinu lill-industrija tal-akkomodazzjoni kollettiva sabiex it-turist li jżurna jiġi dejjem offrut l-aħjar servizz u b’hekk mhux biss niġbdu aktar ammont ta’ turisti imma wkoll ammont ta’ turisti ta’ kwalità.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Inqas burokrazija, aktar vuċi u protezzjoni għall-volontarjat: Riforma fil-volontarjat li tagħti aktar saħħa lill-organizzazzjonijiet u, għall-ewwel darba, protezzjoni legali speċifika lill-voluntiera

PR262044

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inqas burokrazij...

Aktar Stqarrijiet Right arrow