GĦAWDEX JESPERJENZA TKABBIR TA' AKTAR MINN GĦOXRIN FIL-MIJA F'AKKOMODAZZJONI FIL-LUKANDI, B' MOD RELATTIV FIX-XAHAR TA' LULJU 2014
Il-Ministru għat-Turiżmu jilqa’ bi pjaċir iċ-ċifri mħabbra dalgħodu mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika dwar l-Akkomodazzjoni Kollettiva fix-xahar ta’ Lulju 2014. In-numru ta’ wasliet f’akkomodazzjonijiet kolletivi f’Lulju li għadda żdied b’aktar minn 8% meta mqabbel ma Lulju 2013. L-iljieli mqatta minn turisti f’dawn l-akkomodazzjonijiet f’Lulju 2014, tela għal 1.1 miljuni, jiġifieri l-ogħla ammont rreġistrat mill-2007 u kif ukoll żieda ta’ 5% fuq l-istess xahar tas-sena l-oħra.
Il-wasliet żdiedu f’kull kategorija ta’ lukandi, madanakollu b’sodisfazzjon jiġi nnotat li f’Lulju ta’ din is-sena, il-lukandi ta’ ħames stilel irreġistraw żieda ta’ 9% meta kkomparat ma Lulju tas-sena l-oħra. F’dan l-istess xahar imsemmi, il-lukandi ta’ ħames stilel f’Għawdex irreġistraw żieda ta’ 21% fil-wasliet u kważi 15% fl-iljieli mqatta meta mqabbel ma Lulju tal-2013.
Il-Ministru għat-Turiżmu Dr. Edward Zammit Lewis jgħid li qed iħares lejn dawn ir-riżultati pożittivi b’sodisfazzjon għaliex jaffermaw il-ħidma tal-Gvern għal turżmu sostenibbli u ta’ kwalita. Il-Ministru jkompli jgħid li dawn ir-riżultati jkomplu jagħtu ħeġġa lil Gvern sabiex ifassal u jniedi aktar inizjattivi li jkomplu jgħinu lill-industrija tal-akkomodazzjoni kollettiva sabiex it-turist li jżurna jiġi dejjem offrut l-aħjar servizz u b’hekk mhux biss niġbdu aktar ammont ta’ turisti imma wkoll ammont ta’ turisti ta’ kwalità.
Other Press Releases:
PR262045
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...
PR262044