Left arrow Mur Lura

DISKORS TAL-MINISTRU GĦALL-FAMILJA U SOLIDARJETÀ SOĊJALI MICHAEL FARRUGIA WAQT L-INAWGURAZZJONI TAL-PROĠETT ‘LEAP’ QAWRA – ĊENTRU GĦALL-IŻVILUPP SOĊJALI

pr142232
Date Icon 02/10/2014

Nagħti l-lejla t-tajba lil kulħadd.

Qegħdin hawn illejla sabiex nagħtu bidu għal-proġett fil-komunità reġjonali tat-Tramuntana ta’ Malta. Dan iċ-ċentru għall-iżvilupp soċjali għandu l-għan illi jagħti servizzi lil-komunità u anki jservi bħala outreach lejn il-komunità. Inħasset il-ħtieġa illi s-servizzi mogħtija jkunu ndirizzati lejn il-problemi li għandhom in-nies  u għalhekk dawn iċ-ċentri ser jaħdmu sabiex itejbu il-ħiliet u l-kompetenzi ta’ kulħadd. F’dawn iċ-ċentri għall-iżvilupp Soċjali se nagħtu wkoll importanza għal-servizzi ġodda bejn NGO’s u l-istat.

Aħna nifmhu illi sabiex naqtgħu il-faqar hemm bżonn ta’ edukazzjoni u integrazzjoni soċjali filwaqt illi naħdmu sabiex is-sistemi tas-servizzi soċjali jkunu msejsa fuq mudelli innovattivi u sostenibbli.

Iċ-Ċentru għal-iżvilupp Soċjali se jkollu rwol importanti fil-komunità u se jservi ta’ katalista għal-iżvilupp socio-ekonomiku fuq livell reġjonali.

Dawn iċ-ċentri se jservu mhux biss għal-iżvilupp soċjali iżda anki bħala ċentru għal-għajnuna lil-Familji. Din il-ħidma se ssir permezz ta’:

• xogħol fil-komunita’ u servizzi ta’ counselling

• Servizzi dwar saħħa u well being

• Edukazzjoni bikrija għat-tfal

• Servizzi għal-wara l-iskola

• Servizzi għaż-Żgħażagħ

• Servizzi bi preparazzjoni għal dawk il-persuni li se jsiru ġenituri

• Servizzi ta’ support għall-ġenituri

• Programmi ta’ ‘empowerment’ biex jgħinu il-parteċipazzjoni soċjali tal-individwi

Is-servizzi lejn il-familji se jkunu ibbażati fuq tlett livelli:

• Il-Prevenzjoni – li se tkun immirata lejn il-familji tal-komunità

• Interventi bikrija – li se jkunu qed jimmiraw lejn gruppi varji li jkunu qed jiffaċċjaw diffikultajiet bħal per eżempju, tfal żgħar, anzjani, persuni b’dizabilità, familji li qed jgħaddu minn separazzjoni, familji li għandhom membri li huma qegħda, u anki persuni li jagħtu għajnuna lil nies oħra.

• Aktar interventi mmirati lejn persuni li qegħdin f’riskju li jinfirdu minn mal-familjari tagħhom minħabba sitwazzjonijiet varji u għaliex huma vulnerabbli – bħal tfal li għandhom bzonn protezzjoni u anzjani li jinsabu waħdehom.

Nemmnu illi dawn iċ-ċentri se jkunu qed iwasslu għal-mobbiltà soċjali fejn il-ġustizzja soċjali mhux biss tibqa konvinzjoni iżda ssir il-motivazzjoni tagħna. L-oġġettiv tagħna huwa li jkollna servizzi soċjali aħjar u sostenibbli, bl-individwi fiċ-ċentru ta’ kollox.

Aħna nemmnu ili dak li nibnu illum se nħalluh bħala wirt soċjali aqwa lil ta’ warajna biex it-tfal tagħna jkunu aħjar minna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Inqas burokrazija, aktar vuċi u protezzjoni għall-volontarjat: Riforma fil-volontarjat li tagħti aktar saħħa lill-organizzazzjonijiet u, għall-ewwel darba, protezzjoni legali speċifika lill-voluntiera

PR262044

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inqas burokrazij...

Aktar Stqarrijiet Right arrow