Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI JUSTYNE CARUANA F’DIVERSI ATTIVITAJIET FL-OKKAŻJONI TAL-JUM INTERNAZZJONALI TAL-ANZJANI

pr142230
Date Icon 01/10/2014

Fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali ddedikat lill-Anzjani, is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana żaret diversi djar, ċentri u postijiet tal-anzjani.

L-attivitajiet bdew minn Għawdex, fejn is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana żaret id-Dar tal-Anzjani mmexxija mis-Sorijiet Dumnikani fir-Rabat Għawdex. Wara żaret ukoll ’l-anzjani fir-Residenza Villa San Lawrenz.

F’Malta, Dr Caruana marret għand Carmel Borg mill-Mellieħa, li huwa utent tas-Servizz tal-Meals on Wheels. Mas-Sur Borg, Dr Caruana tkellmet fuq dan is-servizz fl-isfond tat-tibdiliet li saru riċentement. Hija tkellmet mas-Sur Borg dwar il-kwalità tal-ikel u dwar il-proġetti għat-titjib fis-servizzi fil-komunità li huma ppjanati li jseħħu. Preżenti kien hemm ukoll membri mill-Malta Cross Corps li huma responsabbli mit-tqassim tal-ikel fid-djar.

Fiċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum tal-Mellieħa, is-Segretarju Parlamentari tkellmet mal-anzjani dwar it-tibdiliet il-ġodda li saru u se jkomplu jsiru f’dawn iċ-ċentri ta’ matul il-jum sabiex l-anzjani tagħna jkollhom qabża fil-kwalità fis-servizz permezz ta’ dawn il-Lifelong Learning Hubs. Kompliet ukoll bi żjarat fir-residenzi tal-anzjani tal-Imtarfa u ta’ Roseville rispettivament, fejn ħadet ukoll l-opportunità biex titkellem mal-anzjani fuq l-esperjenzi tagħhom f’dawn id-djar u setgħet tara xogħlijiet magħmula mill-istess anzjani f’dawn id-djar.

Fil-kuntest tal-Istrateġija tal-Anzjanità Attiva, is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana attendiet ukoll Sports Day għar-Residenti fid-djar tal-Anzjani fejn ir-residenti pparteċipaw f’diversi dixxiplini sportivi. Dan qed isir bl-iskop li ninkoraġġixxu u nippromovu l-attività fiżika bħala parti mill-Istrateġija tal-Anzjanità Attiva. Is-Segretarju Parlamentari qassmet medalji u trofew lill-anzjani li pparteċipaw fl-iSports Day, u fl-indirizz tagħha saħqet kemm attivitajiet simili jagħmlu ġid u għandhom jiġu inkoraġġiti.

Fir-Residenza San Vinċenz de Paul, tħawlet siġra biex timmarka l-okkażjoni. Dan sar sabiex nimmarkaw il-bidu ta’ diversi proġetti relatati mal-ortikultura li se jsiru fl-istess residenza fiż-żmien li ġej.

Din il-ġurnata ntemmet b’waqfa għall-kafè fi stabbiliment lokali flimkien ma’ diversi anzjani residenti f’San Vinċenz de Paul. Din l-attività kienet organizzata mill-Active Ageing Unit li twaqqaf riċentement. Fl-attivita kien hemm preżenti wkoll ħaddiema ta’ San Vinċenz de Paul li ngħataw taħriġ apposta fl-Anzjanità Attiva. Għalkemm kienet ġurnata impenjattiva, is-Segretarju Parlamentari temmet billi tgħid li x-xahar ta’ Ottubru se jkun mimli attivitajiet b’risq l-anzjani tagħna u l-kwalità tal-ħajja tagħha.

Fuq din in-nota, is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana tixtieq tawgura l-Jum it-tajjeb lill-anzjani kollha ta’ Għawdex u ta’ Malta.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Inqas burokrazija, aktar vuċi u protezzjoni għall-volontarjat: Riforma fil-volontarjat li tagħti aktar saħħa lill-organizzazzjonijiet u, għall-ewwel darba, protezzjoni legali speċifika lill-voluntiera

PR262044

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inqas burokrazij...

More Press Releases Right arrow