STQARRIJA MILL-GVERN TA’ MALTA
Multi għall-kuntratturi minħabba dewmien fil-proġett tal-bini tal-Parlament il-ġdid
Il-Gvern Malti mil-lum se jibda jimponi multi fuq il-kuntratturi li qed jaħdmu fuq il-proġett tal-Parlament il-ġdid.
Il-Gvern kien insista mal-kuntratturi tal-proġett tal-Parlament biex jagħtu bil-miktub id-data ta’ meta l-proġett se jkun lest. Il-kuntratturi kellhom jilħqu numru ta’ miri sat-30 ta’ Settembru bil-għan li l-Parlament jerġa’ jibda jiltaqa’ fil-bini l-ġdid.
Fid-dawl li l-kuntratturi kienu fallew deadlines aċċettati mill-kuntratturi u meta dan il-proġett mar lura b’sentejn sħaħ minħabba nuqqas ta’ pjanar serju taħt amministrazzjoni preċedenti, ittieħdet id-deċizjoni li jiġu imposti multi b’mod immedjat.
Dan huwa l-mod differenti kif dan il-Gvern qed jaħdem fuq proġett li nstab nofs leħja, mhux ippjanat sew b’deadlines u budgets maqbuża. B’dan il-mod, dan il-Gvern qed jara li jimxi b’serjetà fuq proġetti ta’ infrastruttura ta’ dan il-kalibru.
Il-House Business Committee se jkun qed jiltaqa’ llum u se jingħata dettalji mill-Grand Harbour Rehabilitation Corporation ta’ fiex waslu xogħljiet biex tkun tista’ tittieħed deċiżjoni dwar data meta l-Parlament se jkun jista’ jiċċaqlaq ghal bini l-ġdid.
Annessi għandkom issibu l-ittra fejn il-kuntratturi qed jikkommettu li jlestu xogħlijiet sat-30 ta’ Settembru 2014 kif ukoll in-notifika formali tal-Korporazzjoni GHRC li permezz tagħha l-BIB J.V. ġew infurmati li se jiġu imposti l-penali skont il-kuntratti.
Other Press Releases:
PR262045
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...
PR262044
pr142220a.pdf