Left arrow Go Back

TKOMPLI TIŻDIED IL-KUNFIDENZA EKONOMIKA FOST L-AZJENDI U L-KONSUMATURI

pr142218
Date Icon 01/10/2014

Il-kunfidenza ekonomika f’Malta tjiebet bi 3.5%, b’kuntrast mal-medja tal-Unjoni Ewropea u ż-żona ewro fejn l-indiċi tas-sentiment ekonomiku naqas b’1%. Dan joħroġ mill-aħħar riżultati tal-istudju xjentifiku li għamlet il-Kummissjoni Ewropea għax-xahar ta’ Settembru fost l-azjendi Maltin u Għawdxin kif ukoll fost konsumaturi f’pajjiżna. 

F'pajjiżna, is-sentiment ekonomiku tjieb prattikament fis-setturi kollha. L-aktar impressjonanti kienet iż-żieda qawwija fl-ottimiżmu ta' azjendi industrijali. Wara li għar-raba xahar konsekuttiv il-maġġoranza tal-azjendi fil-manifattura rrapurtaw titjib fil-bejgħ tagħhom, huwa inkoraġġanti l-fatt li issa dawn il-kumpaniji qed jistennew żieda qawwija fil-produzzjoni tagħhom għax-xhur li ġejjin u qed ibassru li se jżidu l-impjiegi magħhom.

Il-maġġoranza kbira tal-azjendi fil-qasam tas-servizzi wkoll komplew jindikaw li d-domanda għall-prodotti tagħhom se titjib aktar u li, fit-tlett xhur li ġejjin, sejrin jimpjegaw aktar nies magħhom. Is-settur tal-kostruzzjoni, kif ukoll dak tar-retail, indikaw ukoll titjib fis-sentiment ekonomiku tagħhom.

Il-konsumaturi Maltin u Għawdxin iddikjaraw li s-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom tjiebet u li qed jistennew aktar titjib fit-tnax-il xahar li ġejjin. Fil-maġġoranza tagħhom, dawn il-familji qed jistennew li l-qgħad ikompli jonqos u li l-istess jigri lill-inflazzjoni f'pajjiżna. Dan mistenni jwassalhom biex iżidu l-konsum tagħhom. 

Ir-riżultati pożittivi rrapurtati f'dan l-istħarriġ huma sostanzjati minn statistika maħruġa mill-Bank Centrali li jindikaw li, sa tmiem Awwissu 2014, id-depożiti tal-familji Maltin u Għawdxin ma' banek lokali żdiedu b'727 miljun ewro, jew 9.1%, aktar mill-livell li kienu s-sena ta' qabel.

Il-politika ekonomika ta’ dan il-Gvern, favur klima addattata għall-ħolqien tax-xogħol u tkabbir li jilħaq lil kulħadd, qed tkompli tħalli l-frott tagħha.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Inqas burokrazija, aktar vuċi u protezzjoni għall-volontarjat: Riforma fil-volontarjat li tagħti aktar saħħa lill-organizzazzjonijiet u, għall-ewwel darba, protezzjoni legali speċifika lill-voluntiera

PR262044

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inqas burokrazij...

More Press Releases Right arrow