Left arrow Mur Lura

IL-PRESIDENT TA’ MALTA MARIE LOUISE COLEIRO PRECA ŻŻUR ENTITAJIET LI JGĦINU N-NIES FOQRA U VULNERABBLI F’RUMA

pr142217
Date Icon 30/09/2014

Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca flimkien mas-Sur Preca żaret l-entità tal-Knisja, Cittadella della Carità f’Ruma, li bis-servizzi tagħha ttaffi t-tbatija tan-nies foqra li ma jkollhomx mezz biex jieklu u lanqas saqaf fuq rashom. Il-President ta’ Malta kienet l-ewwel Kap ta’ Stat li qatt żaret dan iċ-ċentru tal-Caritas f’Ruma li huwa mmexxi mill-Papa Franġisku bħala Isqof ta’ Ruma.

Il-President ta’ Malta, li kienet ukoll akkumpanjata mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin Dr George Vella, kienet milqugħa mid-direttur tal-Caritas f’Ruma Monsinjur Enrico Feroci. Monsinjur Feroci dawwar lill-President mal-bini li joffri tant servizzi lill-vulnerabbli fosthom, supermarket, shelter għal min huwa bla saqaf fuq rasu, u klinika fost servizzi oħra.

Id-direttur tal-Caritas f’Ruma spjega lill-President li s-servizzi ma jistgħux joperaw jekk mhux bl-appoġġ ta’ mijiet kbar ta’ voluntiera, bosta minnhom ukoll żgħażagħ li bi spirtu ta’ solidarjetà jagħtu mill-ħin tagħhom biex jgħinu lill-batut.

Il-President Marie Louise Coleiro Preca mbagħad ġiet mistiedna mill-Arcisqof Konrad Krajewski li jmexxi s-servizz ta’ solidarjetà tal-Papa Franġisku, liema servizz huwa dak immedjat għal persuni li jispiċċaw f’sitwazzjonijiet ta’ faqar kbir, fosthom nies bil-ġuħ, u persuni bla saqaf fuq rashom. L-Arċisqof Krajewski spjega lill-President kif il-Papa Franġisku nnifsu jidħol direttament f’każijiet li jirrikjedu għajnuna umanitarja urġenti, u kif kuljum l-uffiċċju jirċievi mijiet ta’ talbiet b’ittri għall-għajnuna.

Il-President imbagħad kellha laqgħa mal-librar u arkivista tal-Vatikan, Monsinjur Jean-Louis Bruguès, u wara mal-Kardinal Angelo Comastri, il-President tal-Fabbrika tal-Mużajk tal-Vatikan.

Filgħaxija il-President ta’ Malta u s-sinjur Edgar Preca ltaqgħu mas-sorijiet Maltin Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesu’ ta’ Ruma, fejn irringrazzjathom għax-xogħol tant siewi li s-sorijiet jagħmlu ma’ nies li huma fil-bżonn.

Iktar tard il-President attendiet għal quddiesa fil-Collegio Internazionale di Santa Monica, kkonċelebrata mill-Kardinal Malti Prosperò Grech u mill-Monsinjur Għawdxi Alfred Xuereb. Din il-quddiesa saret għall-komunità Maltija f’Ruma, fejn wara sar ukoll riċeviment għalihom biex jiltaqgħu wkoll mal-President Marie Louise Coleiro Preca.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Inqas burokrazija, aktar vuċi u protezzjoni għall-volontarjat: Riforma fil-volontarjat li tagħti aktar saħħa lill-organizzazzjonijiet u, għall-ewwel darba, protezzjoni legali speċifika lill-voluntiera

PR262044

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inqas burokrazij...

Aktar Stqarrijiet Right arrow