STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI
pr142216mt
30/09/2014
B’referenza għar-rappurtaġġ li deher f’ċertu sezzjonijiet tal-media fuq ir-rapport li ppubblikat Amnesty International, il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali jixtieq jispeċifika li fil-11 ta’ Ottubru 2013, l-Armata Maltija kienet ħarget sekwenza ta’ kif ġraw l-avvenimenti f’dak l-inċident.
Din is-sekwenza turi b’mod ċar li kif tagħmel f’kull każ, anke f’dan il-każ l-Armata ta’ Malta aġixxiet skont il-liġijiet, regoli u obligazzjonijiet internazzjonali, u r-riżultat kien li ġew salvati ħajjiet. Kieku ma kienx għall-intervent tal-Armata, anke dawn il-ħajjiet kienu jintilfu.
Ir-rapport tal-Amnesty International għadu qed jiġi eżaminat minn esperti fil-qasam.
Other Press Releases:
PR262045
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...
PR262044