Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U S-SAĦĦA: STABBILTÀ FIL-PREZZ TAL-GASS SAL-AĦĦAR TAS-SENA

pr142215
Date Icon 30/09/2014

Prezzijiet orħos b’medja ta’ €1.95ċ fuq il-prezzijiet tal-2012

Il-politika ta’ stabbiltà fil-prezzijiet taċ-ċilindri tal-gass se titkompla u l-prezz ta’ ċilindru tal-gass ta’ 12kg se jkun €18, li se jkun fiss sa Diċembru 2014. Dan ifisser li l-prezz tal-gass se jkun roħos b’medja ta’ €1.95ċ meta mqabbel mal-istess perjodu fl-aħħar sena ta’ Gvern Nazzjonalista jiġifieri fl-2012, u €0.30ċ orħos meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena li għaddiet.  

Prezzijiet tal-gass ta’ 12kg

2012

2013

2014

Ottubru 

€19.60

€18.30

€18.00

Novembru

€19.67

€18.30

€18.00

Diċembru

€20.60

€18.30

€18.00

Il-Politika ta’ stabbiltà fil-prezzijiet hija mod għaqli ta’ kif il-Gvern qed jaħdem fis-settur tal-enerġija biex jixpruna n-negozji u jgħin lill-familji, bir-roħs fit-tariffi tad-dawl u l-ilma għall-familji f’Marzu li għadda u r-roħs għan-negozji f’Marzu 2015, kif kien imwiegħed. Kif ukoll permezz tal-istabbiltà fil-prezzijiet tal-petrol u diesel li se jibqgħu fissi sa Diċembru 2014 kif kien tħabbar fix-xhur li għaddew. 

Il-Gvern se jkompli jaħdem biex ikun hawn stabbiltà fil-prezz tal-gass anke fix-xhur li ġejjin.

Il-Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa jirringrazzja lill-kumpanija Liquigas għall-koperazzjoni tagħha biex titkompla l-istabbilità fil-prezzijiet tal-gass u lill-Awtorità Maltija għar-Riżorsi tal-ħidma tagħha.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Inqas burokrazija, aktar vuċi u protezzjoni għall-volontarjat: Riforma fil-volontarjat li tagħti aktar saħħa lill-organizzazzjonijiet u, għall-ewwel darba, protezzjoni legali speċifika lill-voluntiera

PR262044

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inqas burokrazij...

Aktar Stqarrijiet Right arrow