STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN: Malta m’għamlet l-ebda ftehim li tissieħeb f’xi koalizzjoni
Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin jirreferi għal diversi rapporti fil-media li jgħidu li Malta ngħaqdet ma’ xi koalizzjoni mmexxija mill-Istati Uniti tal-Amerika kontra l-Istat Iżlamiku.
Il-Ministeru jikkjarifika li waqt li Malta tirrikonoxxi li l-Istat Iżlamiku huwa ta’ theddida mhux biss għall-Iraq, is-Sirja u r-reġjun, iżda wkoll għall-Istati Uniti tal-Amerika u għall-Ewropa, Malta m’għamlet l-ebda ftehim u m’għandha l-ebda impenn (commitment) mal-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika, xi pajjiżi jew organizzazzjonijiet oħra li tissieħeb f’xi koalizzjoni ta’ dan it-tip.
Fil-fora internazzjonali, bħalma huma l-Kunsill tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea, Malta kkundannat bil-qawwa kollha l-vjolenza tal-Istat Iżlamiku u offriet appoġġ morali u politiku fil-ġlieda kontra l-barbariżmu u t-terroriżmu mwettqa minn din l-organizzazzjoni. In-newtralità ta’ Malta għandha l-għan li tinkiseb il-paċi u għaldaqstant Malta ma tistax tkun newtrali jew passiva f’ċirkostanzi bħal dawn.
Malta rrikonoxxiet ukoll l-obbligazzjoni morali li tkun indirizzata s-sitwazzjoni umanitarja li nħolqot bl-azzjonijiet tal-Istat Iżlamiku.
Stqarrijiet Oħra:
PR262045
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...
PR262044