Left arrow Go Back

IL-PRESIDENT TA’ MALTA MARIE LOUISE COLEIRO PRECA TILTAQA’ MA’ SEBGĦIN AMBAXXATUR AKKREDITATI GĦAL MALTA, RESIDENTI F’RUMA

pr142203
Date Icon 29/09/2014

Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca llejla ltaqgħet ma’ sebgħin ambaxxatur akkreditati għal Malta u residenti f’Ruma.  Il-President ta’ Malta ltaqgħet magħhom fir-residenza tal-ambaxxatriċi Maltija f’Ruma.

Il-President qalet li huwa ta’ pjaċir għaliha li tiltaqa’ mal-ambaxxaturi filwaqt li uriet l-apprezzament tax-xogħol diplomatiku tagħhom li permezz tiegħu jagħtu iktar viżibilita’ lil Malta.  Il-President qalet li Malta hija żgħira iżda li l-pożizzjoni ġeo  strateġika tagħha hija tant importanti għax tgħaqqad lil tant pajjiżi fl-Ewropa u anki fl-Afrika ta’ Fuq.

Il-President Marie Louise Coleiro Preca qalet li l-Presidenza għandha ħolma li f’soċjeta’ multikulturali titnissel iktar armonija u solidarjeta’ għall-paċi fid-dinja.  Tkellmet ukoll fuq l-immigrazzjoni rregolari li hija responsabbilta’ tal-Ewropej kollha.

Il-President qalet li Malta huwa nazzjon żgħir iżda li kiseb stat b’saħħtu indipendenti, u membru fl-Unjoni Ewropea u għalhekk l-impenn għal Ewropa iktar magħquda.  Sostniet li Malta għalkemm l-iżgħar stat fl-Unjoni Ewropea, huwa ċentru mportanti għad-djalogu u l-paċi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Inqas burokrazija, aktar vuċi u protezzjoni għall-volontarjat: Riforma fil-volontarjat li tagħti aktar saħħa lill-organizzazzjonijiet u, għall-ewwel darba, protezzjoni legali speċifika lill-voluntiera

PR262044

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inqas burokrazij...

More Press Releases Right arrow