Left arrow Mur Lura

FL-AĦĦAR SEBA’ XHUR IL-QGĦAD NAQAS B’ĦAMES PERSUNI KULJUM

pr142199
Date Icon 29/09/2014

Ċifri maħruġa llum mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) ikomplu jindikaw li s-suq tax-xogħol għaddej b’ritmu ferm qawwi din is-sena. Fil-fatt f’Awwissu 2014, in-numru ta’ nies fuq ir-reġistru tal-qgħad niżel għal 6,698. Dan ifisser tnaqqis ta’ 759 persuna, jew aktar minn wieħed minn kull għaxra li kienu qed ifittxu mpjieg fl-istess xahar sena ilu. L-ammont li kien hemm jirreġistraw f’Awwissu li għadda huwa l-anqas ammont ta’ nies fuq ir-reġistru minn Lulju tal-2012.

Mill-aħħar ta’ Jannar 2014, in-numru ta’ nies fuq ir-reġistru naqas bi kważi 1,100. Dan ifisser li kuljum aktar minn 5 persuni qegħda sabu mpjieg. Dan fi zmien meta l-kelliema tal-Oppożizzjoni kienu qed isostnu li l-qgħad qed jiżdied u li s-suq tax-xogħol mhux qed jiġġenera biżżejjed impjiegi. Iċ-ċifri ppublikati llum ikomplu jikkonfermaw kemm dan id-diskors negattiv kien fieragħ u jindikaw li r-rata ta’ qgħad f’pajjiżna mistennija tkompli tonqos fix-xhur li ġejjin. Ta’ min ifakkar li pajjiżna bħalissa għandu l-anqas rata ta’ qgħad mindu l-aġenzija statistika tal-Unjoni Ewropeja, il-Eurostat, bdiet tiġbor din l-istatistika għal Malta.

Filwaqt li ċ-ċifri tal-NSO jindikaw li l-qgħad naqas fost il-kategoriji kollha, jidher ċar li l-aktar li sejrin tajjeb huma ż-żgħażagħ. Fost dawk ta’ taħt l-20 sena, kien hemm tnaqqis ta’ 34.4% meta mqabbel mal-istess xahar tal-2013, filwaqt li fost dawk ta’ bejn l-20 u l-24 sena, it-tnaqqis kien ta’ 16%.

Imma t-titjib seħħ ukoll fost dawk li l-aktar huma żvantaġġati fis-suq tax-xogħol. F’dawn l-aħħar tnax-il xahar kien hemm titjib ta’ 6% fil-qgħad fost dawk ta’ 45 sena u aktar, kif ukoll fost dawk li jgħixu f’Għawdex.

Dan kollu jikkuntrasta bil-kbir mal-andament f'dan il-qasam taħt l-amministrazzjoni preċedenti. Fl-aħħar seba’ xhur li damu fil-kariga, in-numru ta’ nies fuq ir-reġistru kien żdied b’458, jew b’aktar minn żewġ persuni kuljum. Fil-ħames snin kollha ta’ dik l-amministrazzjoni, l-qgħad kien żdied bi kważi elf persuna – jew kważi daqs kemm din l-amministrazzjoni rnexxielha tnaqqas il-qgħad f’dawn l-aħħar xhur.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Inqas burokrazija, aktar vuċi u protezzjoni għall-volontarjat: Riforma fil-volontarjat li tagħti aktar saħħa lill-organizzazzjonijiet u, għall-ewwel darba, protezzjoni legali speċifika lill-voluntiera

PR262044

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inqas burokrazij...

Aktar Stqarrijiet Right arrow