Left arrow Mur Lura

IL-PRESIDENT TA’ MALTA MARIE LOUISE COLEIRO PRECA TATTENDI ROCKESTRA

pr142187
Date Icon 28/09/2014

Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca, flimkien mas-Sur Edgar Preca, ilbieraħ attendiet għas-sitt edizzjoni ta’ Rockestra li rat l-akbar folla ta’ nies minn kemm ilha tiġi organizzata fil-Malta Fairs and Conventions Centre. 

Il-President ta’ Malta qalet li tħossha tant kburija li tant nies, fil-maġġoranza tagħhom żgħażagħ, ġew flimkien biex itellgħu waħda mill-aqwa serati ta’ mużika, żfin, kuluri u spettaklu, li mhux biss ferrħu lill-qlub iżda li attiraw l-akbar folla ta’ nies biex jinġabru fondi għall-Malta Community Chest Fund.

Fir-Rockestra ta’ din is-sena ħadu sehem ’il fuq minn mitt artist, madwar ħamsin minnhom kantanti żgħażagħ li fil-maġġoranza tagħhom qatt ma kienu kantaw f’Rockestra qabel. Din is-sena Rockestra  għamlet auditions bil-għan li tagħti ċ-ċans lill-kantanti li qatt ma kellhom opportunità jkantaw fi spettaklu ta’ dan il-livell, qabel. 

Għal Rockestra ta’ din is-sena inġieb ukoll il-kantant Malti Awstraljan Nicky Bomba.

It-tema ta’ Rockestra ta’ din is-sena kienet  Don’t Stop Believing u dan għaliex  it-tema hija mnebbħa mill-ispirtu ta’ Rockestra nnifsu li kull sena jibqa’ jgħolli l-livell ta’ spettaklu u jinkoraġġixxi lin-nies li jingħaqdu fil-maġija mużikali li tferraħ il-qlub. Rockestra għandha s-sehem tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali taħt id-direzzjoni mużikali ta’ Sigmund Mifsud, u d-direzzjoni artistika ta’ Pawlu Borg Bonaci.

Għall-ewwel darba Rockestra se terġa’ tittella’ llejla minħabba li l-ewwel serata tal-bieraħ ġiet mibjugħa ftit jiem wara li ħarġu l-biljetti. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Inqas burokrazija, aktar vuċi u protezzjoni għall-volontarjat: Riforma fil-volontarjat li tagħti aktar saħħa lill-organizzazzjonijiet u, għall-ewwel darba, protezzjoni legali speċifika lill-voluntiera

PR262044

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inqas burokrazij...

Aktar Stqarrijiet Right arrow