Left arrow Mur Lura

IFFIRMAT MEMORANDUM OF UNDERSTANDING BEJN MALTA U L-GHANA

pr142181
Date Icon 27/09/2014

"Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, it-tabib George Vella, l-bieraħ il-Ġimgħa ffirma Memorandum of Understanding bejn Malta u l-Ghana. Permezz ta' dan it-trattat, li kien iffirmat fil-bini tan-Nazzjonijiet Magħquda, sar qbil li titwaqqaf Kummissjoni Permanenti bejn iż-żewg Ministeri rispettivi. 

Permezz ta' dan it-trattat se jissaħħu r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjizi fil-qasam ekonomiku, kummerċjali, industrijali, finanzjarju, marittimu u dawk ta' investiment u turiżmu kif ukoll f’oqsma oħra: kultura, żgħażagħ, edukazzjoni u sport. Il-Memorandum of Understanding jinkludi wkoll koperazzjoni fil-qasam tal-immigrazzjoni rregolari.

Fil-ħidma tiegħu fin-Nazzjonijiet Magħquda, bħala parti mid-delegazzjoni Maltija mmexxija mill-Prim Ministru Dr Joseph Muscat, il-Ministru George Vella, fil-ġranet li għaddew ħa parti fil-kumitat dwar ir-riforma tal-Kunsill tas-Sigurtà u wkoll indirizza l-laqgħa dwar il-pajjiżi żgħar.

Fil-laqgħa tal-Ministri tal-pajjizi tal-Commonwealth, għamel preżentazzjoni dwar il-konferenza tac-CHOGM (Commonwealth Heads of Government Meeting) li mistennija ssir f'pajjiżna s-sena d-dieħla.

Kif mistenni, matul dawn il-ġranet il-Ministru Vella ltaqgħa ma’ numru ta' Ministri għall- Affarijiet Barranin, kemm dawk tal-Unjoni Ewropea kif ukoll ta’ pajjiżi oħra.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Inqas burokrazija, aktar vuċi u protezzjoni għall-volontarjat: Riforma fil-volontarjat li tagħti aktar saħħa lill-organizzazzjonijiet u, għall-ewwel darba, protezzjoni legali speċifika lill-voluntiera

PR262044

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inqas burokrazij...

Aktar Stqarrijiet Right arrow