Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU ĠENERALI TAN-NAZZJONIJIET UNITI B’APPREZZAMENT GĦALL-ĦIDMA TA’ MALTA FAVUR L-ISTABBILITÀ FIL-LIBJA

pr142178
Date Icon 27/09/2014

Is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti Ban Ki-moon esprima l-apprezzament tiegħu għall-isforzi ġenwini ta’ pajjiżna biex il-Libja terġa ssir pajjiż sigur u stabbli. Waqt laqgħa mal-Prim Ministru Joseph Muscat fi New York, Ban Ki-moon qal li jista jifhem l-impatt fuq Malta tal-problema umanitarja li qed joħloq il-kunflitt Libjan.

Dr Muscat qal li Malta hija kommessa li tibqa tagħti s-sehem tagħha biex tiġi ndirizzata l-kriżi politika fil-Libja. Il-punti kruċjali jibqgħu diżarmament inkundizzjonat biex il-milizji ma jibqgħux iżommu bliet ostaġġi u rieda ġenwina biex tiddomina r-rikonċiljazzjoni nazzjonali fejn il-poplu Libjan ikollu l-opportunita jimxi ‘l quddiem fil-paċi.

Għalhekk in-Nazzjonijiet Uniti għandha tkun lesta li twieġeb għal kull talba ta’ azzjoni mill-poplu Libjan favur il-kompromess u l-konsultazzjoni.

Il-Prim Ministru qal li l-problema tal-immigrazzjoni u l-kunflitt tal-Libja ma jistgħux ikunu trattati b’mod separat. Iċ-ċirku kriminali wara t-traffikar tal-persuni jista faċilment japprofitta ruħu mis-sitwazzjoni instabbli u, għall-interessi tiegħu, jkompli jitfa lill-immigranti f’baħar ta’ periklu. Sal-ġimgħa li għaddiet stess, din il-mewġa ħalliet traġedja oħra li l-UNCHR iddeskriviet bħala mass murder.

Dr Muscat sostna li Malta se tibqa tkun iebsa mal-politiċi u l-kommunità internazzjonali quddiem din it-traġedja umana filwaqt li turi dinjita u rispett lejn il-vittmi immigranti. Hawnhekk fakkar kif il-Gvern biddel il-politika tiegħu biex tfal u minuri li jidħlu f’pajjiżna għall-ewwel darba ma jitpoġġewx f’ċentri ta’ detenzjoni.

Intant, il-Prim Ministru u s-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti qablu fuq il-ħtieġa li jiġi sostnut it-twettiq tal-għanijiet tal-Millenju għall-iżvilupp u qasmu ideat fuq l-aġenda li għandha tidħol fis-seħħ wara l-2015 fuq żvilupp effettiv u sostennibbli għas-snin li ġejjin.

Ban Ki-moon faħħar is-sehem ta’ Malta bħala wieħed mill-ewwel pajjiżi li poġġa t-tema tat-tibdil fil-klima fuq l-aġenda internazzjonali. Esprima t-tama li, sal-laqgħa għola f’Pariġi s-sena d-dieħla, jinżamm il-pass li nbeda din il-ġimgħa waqt is-summit tal-klima fi New York, bil-Prim Ministru jgħid li t-tibdil fil-klima se tkun waħda mit-temi diskussa fis-summit tal-Commonwealth li se jitlaqqa f’Malta, propju xahar qabel is-summit ta’ Pariġi.

Is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti rringrazzja wkoll lil Malta għax-xogħol li twettaq fl-istrutturi tan-Nazzjonijiet Uniti fosthom talli riċentament laqgħet fi ħdanha l-istitut dwar il-liġi internazzjonali u l-ġustizzja.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Inqas burokrazija, aktar vuċi u protezzjoni għall-volontarjat: Riforma fil-volontarjat li tagħti aktar saħħa lill-organizzazzjonijiet u, għall-ewwel darba, protezzjoni legali speċifika lill-voluntiera

PR262044

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inqas burokrazij...

More Press Releases Right arrow