STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-MAINFEST ELETTORALI
F’konferenza tal-aħbarijiet indirizzata illum mill-kelliema tal-Oppożizzjoni għal-Affarijiet Ewropej u l-Fondi tal-Unjoni Ewropea, ħareġ biċ-ċar li l-Partit Nazzjonalista għadu ma fehem xejn kif jitħaddmu l-Fondi Ewropej u qed jipprova jdaħħal id-dubji fejn m’hemmx.
Jidher li l-għan tal-Oppożizzjoni illum kien li jirriċikla argumenti li diġà ġew imxejna u kompla jkun negattiv.
Il-proċess ta’ programmar dwar il-Fondi Ewropej 2014-2020 huwa miexi kif previst u skond ir-regolamenti Ewropej.
Fir-rigward tal-Operational Programmes, il-Gvern issottometta iktar minn wieħed, u bħalissa għaddej bin-negozjati uffiċjali mal-Kummissjoni Ewropeja fuq dawn id-diversi programmi.
Il-Gvern huwa kommess li sal-aħħar ta’ din is-sena joħroġ skemi ghal benefiċċju tal-industrija u taċ-ċittadin.
Dan jikkuntrasta bil-kbir ma’ dak li ġara għall-perjodu 2007-2013 fejn minkejja li l-operational programmes kienu approvati fl-aħħar ġimgħa ta’ Ġunju 2007, il-gvern kien nieda l-ewwel skemi għall-industrija mhux qabel l-bidu tal-2009. Dan il-punt, fl-ebda ħin, ma kien miċħud mill-Oppożizzjoni.
Stqarrijiet Oħra:
PR262045
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...
PR262044