BIDU TAS-SENA FORENSI 2014/15
pr142171
26/09/2014
Nhar l-Erbgħa, 1 ta’ Ottubru, 2014, fil-10.30 ta’filgħodu, se ssir is-seduta inawgurali fl-okkażjoni tal-ftuħ tas-Sena Forensi fl-Awla numru 22. Isiru diskorsi tal-okkażjoni mis-Sinjurija Tiegħu il-Prim Imħallef Silvio Camilleri u mill-President tal-Kamra tal-Avukati Dott. Reuben Balzan LL.D.
Għal din iċ-ċerimonja ġew mistiedna jattendu, fost mistiedna distinti oħra, l-Eċċellenza Tagħha l-President ta’ Malta, il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, l-Avukat Ġenerali u x-Shadow Minister għall-Ġustizzja.
Membri tal-Istampa jistgħu jattendu.
Other Press Releases:
PR262045
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...
PR262044