Left arrow Mur Lura

120 UFFIĊJAL PUBBLIKU APPROVAT SABIEX JINGĦATA TAĦRIĠ DWAR MATERJI RELATATI MAL-UNJONI EWROPEA

pr142170
Date Icon 26/09/2014

“120 uffiċjal pubbliku ġew approvati sabiex jipparteċipaw f’korsijet barra minn xtutna ħalli jkomplu jtejbu l-għarfien tagħhom dwar kif taħdem l-UE”. Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza Ewropea 2017 u Fondi Ewropej Dr Ian Borg.

Dr Borg qal li s’issa kien hemm diġà 40 uffiċjal li temmew il-kors tagħhom b’suċċess. Il-korsijiet approvati jkopru diversi suġġetti relatati mal-ħidma tal-UE fosthom il-proċess ta’ kif jittieħdu d-deċiżjonijiet, ħiliet fin-negozjati, ħiliet diplomatiċi, liġijiet tax-xogħol u liġijiet ambjentali fost l-oħrajn.

Is-sejħa ħarġet f’Mejju u qed tkun iffinanzjata mill-Fond Soċjali Ewropew. L-għan tagħha huwa li jiġu identifikati uffiċjali li huma interessati li jagħmlu kors qasir fuq materji relatati mal-UE. Il-korsijiet qed jiġu offruti minn istituzzjonijiet magħrufa li għandhom l-esperjenza meħtieġa f’dan is-settur biex b’hekk il-parteċipanti jiksbu l-ħiliet neċessarji sabiex ikunu jistgħu jiffaċjaw aħjar l-impenji relatati ma’ affarjiet Ewropej.

L-isponsorship offruta tkopri l-ispejjeż relatati mal-kors kif ukoll spejjeż relatati mal-ivjaġġar u akkomodazzjoni għal perjodu massimu ta’ tliet ġimgħat.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Inqas burokrazija, aktar vuċi u protezzjoni għall-volontarjat: Riforma fil-volontarjat li tagħti aktar saħħa lill-organizzazzjonijiet u, għall-ewwel darba, protezzjoni legali speċifika lill-voluntiera

PR262044

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inqas burokrazij...

Aktar Stqarrijiet Right arrow