Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU LEO BRINCAT JĦEĠĠEĠ GĦAL KO-OPERAZZJONI STRUTTURATA BEJN MALTA U SPANJA FL-OQSMA TAL-AMBJENT

pr142167
Date Icon 26/09/2014

F'laqgħa li kellu dalgħodu mal-Ambaxxatur il-ġdid ta' Spanja f'pajjiżna, José María Pons Irazazábal, il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat ħeġġeġ għall-ko-operazzjoni strutturata bejn Malta u Spanja fl-oqsma tal-ambjent, l-immaniġġjar tal-iskart, l-afforestazzjoni,  l-iżvilupp sostenibbli, t-tibdil tal-klima u t-tniġġiż mil-ħsejjes.

Huwa qal li filwaqt li bħal kull stat membru tal-Unjoni Ewropea pajjiżna għandu obbligi ambjentali kemm nazzjonali kif ukoll fi ħdan l-Unjoni Ewropea, hemm bżonn kollaborazzjoni akbar bejn l-istati membri f'dawn l-oqsma fuq livell prattiku bilaterali.

Dan għandu jsir ukoll f'kuntest reġjunali fejn ħafna mill-isfidi u l-opportunitajiet huma komplimentari ma’ xulxin.

Huma tkellmu wkoll dwar ir-rabtiet bejn ekonomija u ambjent, klima u biodiversita', kif joħroġ ċar mill-istudju riċenti internazzjonali: Better Growth, Better Climate: The New Climate Economy Report li juri li l-ambjent u l-ekonomija jenħtieġu lil xulxin flok iservu ta' xkiel għal xulxin.

Huma iddiskutew ukoll inizjattivi Spanjoli li ttieħdu f'dawn l-aħħar snin dwar kif l-hekk imsejjaħ green growth jista jimbotta l-quddiem l-ekonomija biex tiżviluppa f'mod sostenibbli.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Inqas burokrazija, aktar vuċi u protezzjoni għall-volontarjat: Riforma fil-volontarjat li tagħti aktar saħħa lill-organizzazzjonijiet u, għall-ewwel darba, protezzjoni legali speċifika lill-voluntiera

PR262044

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inqas burokrazij...

Aktar Stqarrijiet Right arrow