Left arrow Go Back

IL-ĦALIB MALTI STORJA TA’ SUĊĊESS

pr142159
Date Icon 26/09/2014

Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Roderick Galdes jinawgura wirja dwar il-produzzjoni tal-Ħalib fiż-Żejtun

Il-Ħalib Malti huwa ‘national pride’ għar-raħħal, prodott li jgawdi minn storja ta’ suċċess u fiduċja mill-konsumatur. Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Roderick Galdes qal dan waqt li kien qed jinawgura wirja dwar il-produzzjoni tal-Ħalib fiż-Żejtun il-Ħamis filgħaxija.

Hu qal li l-fiduċja tal-gvern fil-prodott tar-raħħal tmur lura diversi snin sa minn mindu bdiet il-privatizzazzjoni ta’ dan is-settur fit-tmeninijiet, u l-gvern preżenti hu kommess li jkompli jsostni din l-industrija.

Roderick Galdes irrimarka li l-prodotti lokali rnexxielhom jagħtu identità lill-ikel Malti mingħajr ma nfluwenza ruħu minn prodotti barranin. F’dan il-kuntest, il-viżjoni tal-gvern hi li jkompli l-ħidma tiegħu dwar il-marka ta’ kwalità biex tiġi assigurata l-aqwa kwalità tal-prodott u tiġi ppremjata d-dedikazzjoni tar-raħħal.

Is-Segretarju Parlamentari għaraf li hemm bosta sfidi f’dan is-settur fosthom il-kompetizzjoni diretta minn swieq oħra, iżda qal li waħda mis-soluzzjonijiet tkun li ntejbu l-mod kif il-prodott lokali jiġi promoss aktar fil-ħwienet. Semma wkoll li bħalissa qed jiġu ffinalizzati diversi proġetti fejn il-gvern se jkun qed jagħti sostenn finanzjarju biex ikun hemm titjib u żvilupp teknoloġiku.

Il-wirja edukattiva dwar il-produzzjoni tal-ħalib fiż-Żejtun qed tkun imtella mill-GAL Xlokk flimkien mal-Kunsill Lokali fit-Teatru Pandora Żejtun. Din se tkun miftuħa għall-pubbliku waqt l-attività Żejt iż-Żejtun kif ukoll għat tfal tal-iskejjel primarji l-ġimgħa d-dieħla.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Inqas burokrazija, aktar vuċi u protezzjoni għall-volontarjat: Riforma fil-volontarjat li tagħti aktar saħħa lill-organizzazzjonijiet u, għall-ewwel darba, protezzjoni legali speċifika lill-voluntiera

PR262044

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inqas burokrazij...

More Press Releases Right arrow