Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI

pr142152
Date Icon 25/09/2014

Għal darba oħra l-Kelliem għall-Oppożizzjoni Jason Azzopardi għamel konferenza tal-aħbarijiet mimlija dikjarazzjonijiet li jikkontrastaw lil xulxin.

Meta l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali kien ħabbar li ħa bis-serjetà l-allegazzjonijiet marbuta mal-inċident li seħħ f’Ħaż-Żabbar f’Lulju li għadda, Jason Azzopardi ħareġ pront jgħid li din l-inkjesta hija coverup, fi kliemu eżatt hija ‘a prelude to a cover up’. Dakinhar Azzopardi kien qal li m’għandux fiduċja fil-Bord Investigattiv maħtur mill-Ministru.

Issa li ħareġ ir-riżultat ta’ din l-inkjesta, Jason Azzopardi ammetta li dakinhar kien għaggel u tkellem kontra l-Bord meta lanqas biss kien jaf min huma l-membri. Dan minkejja li immedjatament meta l-ġurnali rrappurtaw li kien inħatar Bord, mill-ewwel ġew iddikjarati l-ismijiet tal-eks Imħallef Franco Depasquale u d-Diretturi Ġenerali Martin Bugelli u Stephanie Pappalardo, dawn tal-aħħar kienu nħatru taħt amministrazzjoni preċedenti.

Iżda Jason Azzopardi jibqa’ jmeri lilu nnifsu u fl-istess konferenza tal-aħbarijiet fuq naħa jgħid li għandu fiduċja fil-Bord u fuq naħa oħra jgħid li ma jaqbilx mal-konkluzjonijiet tiegħu.

Il-Bord qal li d-deċiżjoni li ħa l-eks Kummissarju tal-Pulizija kienet waħda soġġettiva, li wieħed jista’ jaqbel jew ma’ jaqbilx magħha, iżda li żgur ma tikser ebda ligi. Madanakollu skont Jason Azzopardi dan l-argument tas-soġġettività ma jagħmilx sens u l-Ministru Manuel Mallia kellu jieħu azzjoni fuq s-Sur Peter Paul Zammit li lanqas biss għadu Kummissarju tal-Pulizija.

Ir-rapport fl-ebda mument ma jagħti rakkomandazzjoni lill-Ministru biex jieħu azzjoni fuq l-eks Kummissarju. Wieħed jistaqsi jekk għal darb’ohra Jason Azzopardi għaġġilx biex tkellem bl-għan li jidher fuq il-mezzi tax-xandir.

Dwar il-preżenza tal-pulizija fl-inħawi ta’ San Ġiljan, Jason Azzopardi gideb għax hawnhekk il-preżenza żdiedet u se tkompli tiżdied. Il-Ministru Manuel Mallia kommess biex is-sigurtà f’dawn l-inħawi tkompli dejjem tiżdied u kien għalhekk li fis-Swieqi nfetħet għassa tal-pulizija, liema għassa kienet ilha tiġi mitluba għal diversi snin, iżda Gvern Nazzjonalista dejjem kaxkar saqajh.

Fiż-żmien li ġej se tinfetah ukoll Mobile Police Station f’Paceville bl-għan li tkompli tiżdied is-sigurtà filwaqt li dejjem qed jiżdiedu l-foot patrols u r-rondi tar-Rapid Intervention Unit, kif ukoll inxtraw muturi bl-għan li l-Pulizija jaslu aktar malajr fuq il-post ta’ inċident.

Madanakollu, il-Ministru Manuel Mallia jaf li għad hemm x’isir biex tkompli tiżdied is-sigurtà f’dawn l-inħawi u kien għalhekk li tul dan is-sajf iltaqa’ mar-residenti ta’ dawn il-lokalitajiet biex ikun jaf aħjar x’inhuma l-problemi u jiġu indirizzati.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Inqas burokrazija, aktar vuċi u protezzjoni għall-volontarjat: Riforma fil-volontarjat li tagħti aktar saħħa lill-organizzazzjonijiet u, għall-ewwel darba, protezzjoni legali speċifika lill-voluntiera

PR262044

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inqas burokrazij...

Aktar Stqarrijiet Right arrow