MALTA LESTA TGĦIN BIEX IL-LIBJA TIKSEB LURA L-ISTABBILTÀ
pr142148
25/09/2014
Is-sitwazzjoni kritika tal-Libja ġiet diskussa f’laqgħa bejn il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-President tal-Parlament Libjan, kif ukoll l-Aġent Kap tal-Libja, Ageela Salah Issa Gwaider. Iż-żewġ naħat trattaw l-effett tat-taqlib politiku fuq is-sigurtà tal-pajjiż u tar-reġjun.
Malta saħqet fuq l-importanza li fil-Libja terġa’ tirrenja l-istabbiltà kemm jista’ jkun malajr. Il-Prim Ministru qal li, għal dan il-għan, pajjiżna lest jagħti s-sehem tiegħu. Sostna li hemm bżonn li jsir proċess ta’ diżarmament ħalli immedjatament tonqos il-vjolenza fuq nies ċivili.
Ageela Gwaider qabel li l-Parlament Libjan irid jaħdem biex il-kriżi tkun solvuta b’mod li l-Libja tkun id-dar tal-Libjani kollha. Għalhekk il-Libja qed tilqa’ l-irwol tal-Missjoni Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Libja taħt it-tmexxija tar-rappreżentant tas-Segretarju Ġenerali Bernardino Leon u t-tentattivi tiegħu li jġib il-fazzjonijiet differenti fil-Libja flimkien għal taħdidiet.
Stqarrijiet Oħra:
PR262045
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...
PR262044