Left arrow Mur Lura

​IL-PRESIDENT TA’ MALTA MARIE LOUISE COLEIRO PRECA TGĦID LI L-ENTUŻJAŻMU TAL-ARTISTI U L-MUŻIKA TA’ ROCKESTRA IFISSRU WENS GĦAL MIN HU MARID

pr142147
Date Icon 24/09/2014

Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca llejla żaret l-aħħar provi ta’ Rockestra, kunċert organizzat mill-Uffiċċju tal-President b’risq il-Malta Community Chest Fund. Għall-ewwel darba il-kunċert se jittella’ għal żewġ serati, waħda s-Sibt u oħra l-Ħadd minħabba li dak tas-Sibt inbigħ fl-ewwel ftit jiem li ħarġu l-biljetti.

Waqt li żaret lill-għexieren ta’ artisti u mużicisti fil-maġġoranza tagħhom żgħażagħ li se jieħdu sehem f’Rockestra, il-President ta’ Malta fissret kif permezz tal-entużjażmu u l-passjoni tal-mużika, kant u melodija, din se ttaffi ftit mill-uġigħ tal-marid. Fissret kif l-isforzi ta’ Rockestra iwasslu biex mill-qligħ tagħha, il-Malta Community Chest Fund, ikollha iktar saħħa biex tgħin lil tant Maltin u Għawdxin li sfortunatament jinsabu għaddejjin minn perjodu ta’ mard u qed jittellgħu għall-kura barra l-pajjiż. Il-President Marie Louise Coleiro Preca fissret kif meta telgħet l-Ingilterra l-ġimgħa li għaddiet tant rat sofferenza ta’ Maltin li qegħdin rikoverati fi sptarjiet, li se taħdem bis-saħħa kollha f’din il-Presidenza, biex il-Malta Community Chest Fund ikollha biżżejjed finanzi minn fejn tkun tista’ verament twieżen lill-pazjenti Maltin u tingħatalhom il-kura għall-fejqan tagħhom.

Spjegat kif Rockestra huwa avveniment li jgħaqqad lill-pajjiż f’għan wieħed permezz tal-mużika u għalhekk irringrazzjat lill-Orkestra Filarmonika Nazzjonali taħt id-direzzjoni tas-Surmast Sigmund Mifsud, u direzzjoni artistika ta’ Pawlu Borġ Bonaci u lil tant kantanti li qed jagħtu tant passjoni u entużjażmu għal dan il-kunċert.

Għall-kunċert tal-Ħadd fadal ftit biljetti, u dawn jistgħu jinkisbu mis-sit www.ooii.com.mt

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Inqas burokrazija, aktar vuċi u protezzjoni għall-volontarjat: Riforma fil-volontarjat li tagħti aktar saħħa lill-organizzazzjonijiet u, għall-ewwel darba, protezzjoni legali speċifika lill-voluntiera

PR262044

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inqas burokrazij...

Aktar Stqarrijiet Right arrow