Left arrow Mur Lura

MALTA FAVUR LI L-INDUSTRIJI KREATTIVI JIĠU INKLUŻI FL-ISTRATEĠIJA EU2020

pr142145
Date Icon 24/09/2014

L-industriji kulturali u kreattivi u l-industriji relatati mal-patrimonju kulturali  għandhom jiġu rikonoxxuti fi ħdan l-istrateġija riveduta EU2020 u dan sabiex ikollna ekonomija smart, sostenibbli u inklussiva fiż-żona ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan qalu l-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici waqt li kien qed jipparteċipa f'laqgħa informali tal-Ministri tal-Kultura ta' l-Unjoni Ewropea f'Turin bħala parti mill-Presidenza Taljana tal-Kunsill Ewropew.  Il-Ministru Bonnici sostna li għalhekk Malta tagħti s-support inkondizzjonat tagħha biex isir dan it-tibdil fi ħdan l-istrateġija għat-tkabbir tal-ekonomija ta' l-Unjoni Ewropea.

Il-Ministru Bonnici sostna li fuq livell nazzjonali Malta qed tagħti importanza kbira lis-setturi kulturali u kreattivi li bejniethom jipprovdu għal 5 fil-mija tal-kejk nazzjonali u jipprovdu xogħol għal 7 fil-mija tal-popolazzjoni ta' haddiema.  Din is-sena stess, sostna l-Ministru, il-Gvern zied l-allokazzjoni finanzjarja għal dan is-settur b'11 fil-mija.

Huwa ddiskuta wkoll il-htiega li naġġornaw id-drittijiet tal-proprjeta' intelletwali f'din l-era diġitali li tinsab dejjem tinbidel.  Sostna li waqt li l-online distribution channels li twieldu riċentement jipprovdu pjattaforma effettiva għall-artisti ġodda, fl-istess nifs wieħed irid jipproteġi l-għixien u l-postijiet tax-xogħol tal-operaturi kulturali.  Huwa qal li ċ-ċavetta għal dan kollu hija konsultazzjoni kontinwa u effettiva biex jinħoloq dan il-bilanċ li hu kruċjali għat-tkabbir tal-kreattività. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Inqas burokrazija, aktar vuċi u protezzjoni għall-volontarjat: Riforma fil-volontarjat li tagħti aktar saħħa lill-organizzazzjonijiet u, għall-ewwel darba, protezzjoni legali speċifika lill-voluntiera

PR262044

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inqas burokrazij...

Aktar Stqarrijiet Right arrow