MALTA FAVUR LI L-INDUSTRIJI KREATTIVI JIĠU INKLUŻI FL-ISTRATEĠIJA EU2020
L-industriji kulturali u kreattivi u l-industriji relatati mal-patrimonju kulturali għandhom jiġu rikonoxxuti fi ħdan l-istrateġija riveduta EU2020 u dan sabiex ikollna ekonomija smart, sostenibbli u inklussiva fiż-żona ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan qalu l-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici waqt li kien qed jipparteċipa f'laqgħa informali tal-Ministri tal-Kultura ta' l-Unjoni Ewropea f'Turin bħala parti mill-Presidenza Taljana tal-Kunsill Ewropew. Il-Ministru Bonnici sostna li għalhekk Malta tagħti s-support inkondizzjonat tagħha biex isir dan it-tibdil fi ħdan l-istrateġija għat-tkabbir tal-ekonomija ta' l-Unjoni Ewropea.
Il-Ministru Bonnici sostna li fuq livell nazzjonali Malta qed tagħti importanza kbira lis-setturi kulturali u kreattivi li bejniethom jipprovdu għal 5 fil-mija tal-kejk nazzjonali u jipprovdu xogħol għal 7 fil-mija tal-popolazzjoni ta' haddiema. Din is-sena stess, sostna l-Ministru, il-Gvern zied l-allokazzjoni finanzjarja għal dan is-settur b'11 fil-mija.
Huwa ddiskuta wkoll il-htiega li naġġornaw id-drittijiet tal-proprjeta' intelletwali f'din l-era diġitali li tinsab dejjem tinbidel. Sostna li waqt li l-online distribution channels li twieldu riċentement jipprovdu pjattaforma effettiva għall-artisti ġodda, fl-istess nifs wieħed irid jipproteġi l-għixien u l-postijiet tax-xogħol tal-operaturi kulturali. Huwa qal li ċ-ċavetta għal dan kollu hija konsultazzjoni kontinwa u effettiva biex jinħoloq dan il-bilanċ li hu kruċjali għat-tkabbir tal-kreattività.
Other Press Releases:
PR262045
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...
PR262044