TOLY PRODUCTS - KREATTIVI FL-IPPAKKIĠĠJAR U INNOVATTIVI FAVUR L-AMBJENT – IL-MINISTRU LEO BRINCAT
Waqt żjara li għamel fil-fabbrika TOLY PRODUCTS f’Bulebel, il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat qal li kif - speċjalment f'dawn l-aħħar snin - il-kumpanija saret waħda mill-aktar kreattiva fil-qasam tal-ippakkiġġjar tal-kosmetika, minħabba bosta direttivi tal-Unjoni Ewropea f'dan il-qasam kienet qed tkun ukoll innovattiva fil-ħidma tagħha favur l-ambjent.
Il-Ministru Brincat qal li din il-kumpanija hija eżempju ħaj ta’ kif kumpanija fil-qasam tal-manufattura li investit sostanzjalment f'teknoloġija state of the art, irnexxielha tilqa’ l-isfida tal-globalizazzjoni u tinvesti fi proċessi ġodda ta' teknoloġija u manufattura, filwaqt li toħloq ambjent aħjar għall-ħaddiema tagħha kif ukoll prodotti li fihom infushom huma eco-friendly.
Xhieda ta’ dan, qal il-Ministru Brincat, huma l-‘Corporate Offices’ il-ġodda tal-HQ Dinji tal-kumpanija, li kienet qed issir il-laqgħa fihom, li huma mibnija f’mod eco-friendly li jiġbor fih il-‘corporate functions’ kollha tal-Grupp innifsu.
Il-Ministru Brincat tenna li kemm l-industriji jirnexxu ma jitkejjilx biss mill-qliegħ li jagħmlu, għalkemm dan huwa u jibqa’ vitali, iżda wkoll mis-sistemi ta' management li jdaħħlu, li permezz tagħhom isaħħu l-ambjent flimkien ma’ u daqs l-health and safety.
Il-Ministru temm jgħid li dan huwa l-aktar investiment li jirrendi - għax igawdu minnu l-kumpaniji infuhsom, il-ħaddiema, il-klijenti kif ukoll is-sħab tagħhom fin- negozju.
Min-naħa tiegħu ċ-Chairman u c-CEO tal-kumpanija s-Sur Andy Gatesy, fisser kif Toly Group tant jagħti prijorità lill-qasam tal-ambjent u s-sostenibbiltà tal-kumpanija tagħhom li f’dawn l-aħħar snin nefqu aktar minn miljun ewro fl-implimentazzjoni tal-programm estensiv tagħhom tal-immaniġġjar ambjentali, li jvarja minn ipproċessar tal-iskart, riċiklaġġ, titjib tal-kwalità tal-arja, insulation u effiċjenza fl-użu tal-enerġija.
Huwa qal li dan kollu qed isir sabiex ikunu żguri li fil-prodotti u s-servizzi li joffru, jilħqu l-livelli mixtieqa u mitluba mill-klijenti tagħhom, li fil-biċċa l-kbira huma ditti globali ewlenin fil-qasam tal-kosmetika.
Other Press Releases:
PR262045
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...
PR262044