Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U S-SAĦĦA

pr142141
Date Icon 24/09/2014

L-Oppożizzjoni kontra r-roħs tad-dawl u l-ilma u l-għeluq tal-Power Station tal-Marsa

Il-Gvern qiegħed jimplimenta pjan ċar għas-settur tal-enerġija tal-pajjiż rikonoxxut kemm mill-Unjoni Ewropea kif ukoll mill-Aġenziji ta’ Kreditu Internazzjonali. Skont l-istqarrija tal-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista għall-Enerġija, il-proġett tal-Power Station f’Delimara li taħdem bil-gass hija ebusija tar-ras. 

L-ebusija tar-ras li qed jirreferi għaliha l-kelliem tal-Partit Nazzjonalista, tfisser arja aktar nadifa u 25% roħs fuq il-kontijiet tad-dawl u 5% roħs fuq l-ilma għall-familji, roħs li se jkun qed jiġi mgħoddi wkoll lill-industrija u n-negozji s-sena d-dieħla kif ġie mwiegħed.  

Din l-ebusija tfisser ukoll l-għeluq tal-Power Station tal-Marsa, li kienet ġiet imwiegħda fil-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista tal-1987, power station li tniġġes u hija kalvarju għar-residenti li jgħixu il-Marsa u fil-lokalitajiet ta’ madwar il-Port il-Kbir. 

Se jkun dan il-Gvern, li jagħlaq din il-power station u jagħti nifs lir-residenti tal-Marsa u tal-madwar, aktar minn 25 sena wara li l-PN wiegħed li din kienet se tingħalaq. Din l-ebusija li qed jirreferi għaliha l-kelliem tal-Oppożizzjoni tfisser ukoll il-ġenerazzjoni tal-enerġija b’metodi aktar nodfa kuntrarju għal dak li għamel il-PN fil-Gvern fejn xtara power station minn fuq il-yellow pages, li taħdem bl-aktar żejt li jniġġes, il-Heavy Fuel Oil.

Dan il-Gvern jista’ verament jiftaħar bir-riżultati li qed jikseb, fejn kien hemm numru record ta’ persuni li nvestew f’pannelli solari, fejn ġie żviluppat solar farm minn kumpanija lokali. Barra minn hekk il-pajjiż huwa on track li jilħaq il-miri tiegħu għas-sena 2014 skont kif miftiehem mal-Unjoni Ewropeja. Il-Gvern ukoll nieda diversi inizjattivi marbutin mal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, li l-implimentazzjoni tagħhom se tibda dalwaqt, u se jħabbar politika għall-enerġija solari, li se titħabbar mill-MEPA fi żmien qasir. 

Kuntrarju għal dak li għamel il-PN fil-Gvern, dan il-Gvern qed iħares lejn il-vantaġġi ta’ enerġija solari u mhux jippjana wind farms li kienu se jkunu fil-flight path, jew iħallas mal-€11-il miljun aktar fuq l-ispiża tal-feed in tariff  lill-kumpanija partikolari, bi ftehim għal 25 sena, f’kuntratt li fit-totalità tiegħu jfisser €35 miljun.

Għalhekk flok jinħela jikkritika lill-Gvern, li wara kollox qed jipprova wkoll isewwi l-iżbalji u jattira investiment barrani f’settur daqshekk importanti, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma għandu jixtarr u jipprova jifhem x’inhuma l-akbar prijoritiajiet tal-poplu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Inqas burokrazija, aktar vuċi u protezzjoni għall-volontarjat: Riforma fil-volontarjat li tagħti aktar saħħa lill-organizzazzjonijiet u, għall-ewwel darba, protezzjoni legali speċifika lill-voluntiera

PR262044

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inqas burokrazij...

Aktar Stqarrijiet Right arrow