Left arrow Mur Lura

MAĦTURA L-KUMMISSJONI PERMANENTI KONTRA L-KORRUZZJONI

pr142137
Date Icon 24/09/2014

Il-President ta’ Malta, fuq il-parir tal-Prim Ministru skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3 tal-Att tal-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni approva l-ħatra tal-Imħallef Dr Lawrence Quintano, LLD, bħala Chairperson u l-Maġistrat Dr Joseph Apap Bologna, LLD u Dr Yana Micallef Stafrace, LLD, Adv. Trib. Ecc. Melit Advocate, bħala Membri tal-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni għall-perjodu ta’ ħames snin b’seħħ mid-9 ta’ Settembru 2014.

Il-ħatra ta' din il-Kummissjoni saret wara li l-Gvern għamel analiżi fid-dettall tad-diversi proposti li tressqu 'l quddiem għal riformi fis-settur.   Il-Gvern jemmen li sakemm ikun hemm analiżi akkurata u eventwali implimentazzjoni tal-proposti jew uħud minnhom, il-Kummissjoni għandha titwaqqaf skont il-liġi.

Il-ħatra ta' din il-Kummissjoni mhijiex l-unika miżura li l-Gvern ħa biex isaħħaħ il-ġlieda kontra l-korruzzjoni.

Bla telf ta’ żmien, il-Gvern mexxa ’l quddiem tliet liġijiet li baqgħu fuq l-ixkaffa għal kwart ta’ seklu u li għandhom l-għan li jdaħħlu l-indafa fil-politika: il-liġi li tneħħi l-preskrizzjoni marbuta ma’ reati ta’ korruzzjoni magħmula mill-politiċi, il-Whistleblower’s Act u l-liġi dwar il-finanzjament tal-partiti.

Ma’ dawn trid issir referenza għal inċentivi kbar li ngħataw lil min ried jikxef il-ħażin fil-kamp penali bl-emendi li saru fil-kodiċi kriminali għal dan il-għan.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Inqas burokrazija, aktar vuċi u protezzjoni għall-volontarjat: Riforma fil-volontarjat li tagħti aktar saħħa lill-organizzazzjonijiet u, għall-ewwel darba, protezzjoni legali speċifika lill-voluntiera

PR262044

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inqas burokrazij...

Aktar Stqarrijiet Right arrow