Left arrow Go Back

IL-MINISTRU LEO BRINCAT F’LAQGĦA MAL-AMBAXXATUR ŻVEDIŻ GĦAL MALTA: DISKUSSI L-PROSPETTI TA’ KOLLABORAZZJONI TEKNIKA MAL-IŻVEZJA FIT-TISĦIĦ TAR-RIĊIKLAR TAL-ISKART

pr142135
Date Icon 24/09/2014

F’laqgħa li kellu dalgħodu mal-Ambaxxatur tal-Iżvezja għal-Malta, Lars-Hjalmar Wide, il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u Tibdil fil-Klima Leo Brincat iddiskuta l-prospetti ta’ kollaborazzjoni  teknika mal-Iżvezja fit-tisħiħ tar-riċiklar tal-iskart kemm biex jittejjeb il-livell milħuq minn gżiritna sa issa - tul is-snin - kif ukoll fid-dawl tas-suċċess kbir li l-Iżvezja rnexxielha tikseb f’dan il-qasam.

Il-Ministru ġie aġġornat dwar kif bħalissa l-Iżvezja qiegħda wkoll timporta kwantitajiet kbar ta’ skart min pajjiż Ewropej inklużi dawk tan-Nofsinhar tal-Ewropa. 

Dawn it-taħdidiet saru fil-kuntest tal-pjan nazzjonali dwar l-immaniġġjar tal-iskart ta’ pajjiżna, li kien ġie approvat mill-Gvern aktar kmieni din is-sena.

Il-Ministru Brincat iddiskuta wkoll mal-Ambaxxatur Żvediż il-pakkett dwar il-Klima u l-Enerġija 2030 tal-Unjoni Ewropea li mistenni jiġi diskuss f’laqgħa ministerjali li se jattendi għaliha f’Milan fil-bidu tax-xahar id-dieħel. Huwa aġġornah dwar il-ħidma tal-Gvern Malti fir-rigward tal-proposti tal-Kummissjoni Ewropea fuq dan is-suġġett kif ukoll dwar il-liġi fuq it-Tibdil tal-Klima li għandu jitressaq quddiem il-Parlament fil-ġejjieni qrib wara li ssir konsultazzjoni xierqa. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Inqas burokrazija, aktar vuċi u protezzjoni għall-volontarjat: Riforma fil-volontarjat li tagħti aktar saħħa lill-organizzazzjonijiet u, għall-ewwel darba, protezzjoni legali speċifika lill-voluntiera

PR262044

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inqas burokrazij...

More Press Releases Right arrow