Left arrow Mur Lura

SOĊJETAJIET RELIĠJUŻI JIBBENEFIKAW MINN €1.2 MILJUN MILL-FOND EWROPEW GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI

pr142134
Date Icon 24/09/2014

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Dr Ian Borg ħabbar li mill-aħħar sejħa ta’ €1.2 miljun għal proġetti ta’ pannelli fotovoltaiċi minn soċjetajiet reliġjużi kien hemm 32 soċjetà li bbenefikat.

Dr Borg qal dan waqt li kien qed jindirizza konferenza stampa fejn ġie inawgurat proġett li kien jinvolvi installazzjoni ta’ pannelli fotovoltaiċi fuq erba’ siti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ordni Sekulari Karmelitan Tereżjan. Dan il-proġett kien parzjalment iffinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali b’investiment ta’ €400,000.

L-erba’ siti tal-Ordni Sekulari Karmelitan Tereżjan li fuqhom ġew installati l-pannelli fotovoltaiċi huma:

Il-Knisja ta’ San Ġwann f’Ta’ Xbiex

Is-Santwarju ta’ Santa Tereża f’Birkirkara

Il-Knisja ta’ Santa Tereża f’Bormla

Il-Kunvent tas-sorijiet Karmelitani f’Bormla

Il-provinċjal tal-ordni fl-indirizz tiegħu filwaqt li rringrazzja lil dawk kollha involuti biex dan il-proġett kien konkluż b’suċċess qal li l-objettivi ta’ dan il-proġett kienu li tiżdied il-ġenerazzjoni tal-elettriku minn sorsi alternattivi ta’ enerġija, li jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja u  li jiżdied l-għarfien dwar l-importanza ta’ ambjent aktar nadif.

Min-naħa tiegħu Dr Borg irringrazzja lill-patrijiet ta’ din l-ordni għall-ġid li jagħmlu  fost is-soċjetà Maltija.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Inqas burokrazija, aktar vuċi u protezzjoni għall-volontarjat: Riforma fil-volontarjat li tagħti aktar saħħa lill-organizzazzjonijiet u, għall-ewwel darba, protezzjoni legali speċifika lill-voluntiera

PR262044

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inqas burokrazij...

Aktar Stqarrijiet Right arrow