laKri – IR-REBBIEĦA TAT-TIELET EDIZZJONI TA’ DIVERGENT THINKERS
Divergent Thinkers hija pjattaforma sabiex ix-xogħol tal-artisti Maltin jitgawda aktar, però għandu jservi ta’ tarġa sabiex l-għarfien ta’ dawn l-artisti jikber. Dan qalu llum is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius waqt ċ-ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet lill-artisti li ħadu sehem f’Divergent Thinkers ta’ din is-sena.
Din hija t-tielet sena li qed isir dan il-proġett bil-kollaborazzjoni ta’ Aġenzija Żgħażagħ u St James Cavallier. Din is-sena ġie emalgamat mal-VIVA fest u l-artisti li pparteċipaw kellhom jimxu mat-tema magħżula li kienet ‘Radikali’. Ir-rebbieħa kienet laKri (Kristina Borg) Christina Borg u Adrian Abela spiċċa fit-tieni post.
Miriam Teuma, c-CEO ta’ Aġenzija Żgħażagħ, spjegat kif l-proġett jgħin biex l-artisti jikbru. Filfatt ir-rebbieħa mhux biss jingħata esperjenza barra l-pajjiż imma wkoll jirbaħ l-opportunità sabiex jagħmel esebizzjoni solo f’Malta.
Mill-ewwel edizzjoni sal-lum, l-applikazzjonijiet irduppjaw kull sena u dan jixhed l-interess li qed iqajjem dan il-proġett skont Rupert Cefai, CEO ta’ St James Cavallier. Il-kuratur ta’ Blitz Dr Rapheal Vella saħaq li l-proġett, għalkemm irid iżomm l-identità tiegħu, irid jiġġedded u allura kienet idea tajba li minn St James Cavallier l-esebizzjoni saret fi Blitz. Huwa kompla jgħid li minn pjattaforma nazzjonali issa l-proġett qed iservi ta’ waħda internazzjonali għaliex kuraturi barranin kienu parti mill-proċess tal-għażla. Minbarra dan selezzjoni ta’ xogħlijiet, anke mill-edizzjonijiet passati, ser ikunu esebit fi Brussell.
Other Press Releases:
PR262045
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...
PR262044