Left arrow Mur Lura

TĦABBIR TAR-RATI TA’ MGĦAX TA’ ŻEWĠ STOCKS TAL-GVERN TA’ MALTA B’RATA TA’ MGĦAX LI TVARJA

pr142131mt
Date Icon 24/09/2014

It-Teżor iħabbar li r-rati ta’ mgħax tal-iStock tal-Gvern ta’ Malta 2018 (VI) b’Rata ta’ Mgħax li Tvarja u marbuta mal-Euribor tas-sitt xhur u tal-iStock tal-Gvern ta’ Malta 2019 (IV) b’rata ta’ mgħax li tvarja u marbuta mal-Euribor tas-sitt xhur ġew stabbiliti kif ġej: 

Stock tal-Gvern ta’ Malta 2018 (VI) b’Rata ta’ Mgħax li Tvarja

·         l-imgħax tal-iStock tal-Gvern ta’ Malta 2018 (VI) b’Rata ta’ Mgħax li Tvarja u marbuta mal-Euribor tas-sitt xhur għall-perjodu bejn il- 25 ta’ Settembru, 2014 u l-24 ta’ Marzu, 2015 (iż-żewġ dati inklużi) se tkun ta’ 1.085% pa.  Din ir-rata ta’ mgħax hija aġġustata u bbażata fuq ir-rata tal-Euribor tas-sitt xhur fis-seħħ u ppubblikata t-Tlieta, 23 ta’ Settembru, 2014 b’ 0.185%, flimkien ma’ spread ta’ 90 basis points.

Stock tal-Gvern ta’ Malta 2019 (IV) b’Rata ta’ Mgħax li Tvarja

l-imgħax tal-iStock tal-Gvern ta’ Malta 2019 (IV) b’Rata ta’ Mgħax li Tvarja u marbuta mal-Euribor tas-sitt xhur għall-perjodu bejn il- 25 ta’ Settembru, 2014 u l-24 ta’ Marzu, 2015 (iż-żewġ dati nklużi) se tkun ta’ 1.185% pa. Din ir-rata ta’ mgħax hija aġġustata u bbażata fuq ir-rata tal-Euribor tas-sitt xhur fis-seħħ u ppublikata t-Tlieta, 23 ta’ Settembru, 2014 b’ 0.185%, flimkien ma’ spread ta’ 100 basis points. 

Dan l-avviż qiegħed jiġi maħruġ skont paragrafu 7(g) u paragrafu 7 (h) tal-Prospett li ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-10 ta’ Settembru, 2013 taħt in-Notifika tal-Gvern Nru. 846.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Inqas burokrazija, aktar vuċi u protezzjoni għall-volontarjat: Riforma fil-volontarjat li tagħti aktar saħħa lill-organizzazzjonijiet u, għall-ewwel darba, protezzjoni legali speċifika lill-voluntiera

PR262044

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inqas burokrazij...

Aktar Stqarrijiet Right arrow