Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAR-RIĊERKA, INNOVAZZJONI, ŻGĦAŻAGĦ U SPORT

pr142127
Date Icon 23/09/2014

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius, fil-presenza tal-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Manuel Mallia ta donazzjoni ta’ tagħmir  sportiv lill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin kif ukoll lill-Y.O.U.R.S., il-facilità li tospita priġunieri żgħażagħ li għandhom inqas minn 21 sena.

Waqt din l-attività Chris Agius qal li l-isport huwa għodda sabiex r-residenti, kemm tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u anke tal-Y.O.U.R.S. fl-Imtaħleb, iqattgħu l-ħin tagħhom. Waqt li wieħed jifhem li r-residenti qed jiskontaw sentenza, huwa importanti li huma jżommu ruħhom attivi. “L-isport jgħin biex wieħed jgħix ħajja b’saħħitha kemm fiżikament u anki mentalment,” żied jgħid is-Segretarju Parlamentari Chris Agius.

Waqt l-istess attività, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Manuel Mallia ħabbar li se jsir ristrutturar fil-facilità tal-Y.O.U.R.S. biex tkun tista’ tilqa’ aktar żgħażagħ.  Ir-ristrutturar se jinkludi wkoll sezzjoni għan-nisa żgħażagħ. Il-Ministru Mallia qal li preżentament, hemm il-permessi dwar dan il-bini, li se jitħallas minn Norwegian funds,  quddiem il-MEPA.  Manuel Mallia fakkar kif kien dan il-Gvern, li ħareġ mill-ħabs liż-żgħażagħ li jkunu kkomettew reati u ingħataw piena ta’ priġunieri, biex poġġihom fl-Imtaħleb, post li kien ilu battal taħt amministrazzjoni preċedenti għal sena u nofs.  Il-Ministru qal li għall-ewwel darba fl-Faċilità Korrettiva se jkun hemm għalliema full-time fuq sport.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Inqas burokrazija, aktar vuċi u protezzjoni għall-volontarjat: Riforma fil-volontarjat li tagħti aktar saħħa lill-organizzazzjonijiet u, għall-ewwel darba, protezzjoni legali speċifika lill-voluntiera

PR262044

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inqas burokrazij...

Aktar Stqarrijiet Right arrow