Left arrow Go Back

IL-MINISTRU HELENA DALLI TĦABBAR ROĦS FIL-PREZZIJIET TA’ DISA’ MEDIĊINI OĦRA

pr142123
Date Icon 23/09/2014

Għall-ewwel darba, minn Ottubru li ġej, l-Università ta’ Malta se tkun qed toffri kors ġdid fil-livell ta’ Dottorat, fil-Farmaċija

Għat-tieni darba f’din il-leġiżlatura, il-konsumatur se jkun qed jibbenefika minn roħs fil-prezzijijet ta  disa’ mediċini (lista annessa). Dan wara proċess ta’ djalogu u konsultazzjoni bis-sehem tal-Awtorità dwar il-Mediċini u l-Awtorità dwar il-Kompetizzjoni u l-Affarijijet tal-Konsumatur (MCCAA). Ir-roħs fil-prezzijiet ivarja minn 9% sa 65% u jkopri mediċini bħal antibijotiċi u mediċini li jintużaw fil-psikjatrija. F’uħud mill-mediċini, il-konsumatur se jkun qed igawdi minn roħs ta’ kważi €35 fuq il-prezz oriġinali.

F’konferenza tal-aħbarijiet fi spiżerija ewlenija fil-Birgu, il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili Helena Dalli fissret kif bis-saħħa ta’ diskussjonijiet li saru, kien hemm qbil mal-importaturi tal-mediċini fuq roħs fil-prezzijiet.

Il-Ministru Dalli qalet li l-Gvern irid li l-mediċini li jidħlu f’pajjiżna jkunu ta’ kwalità, fl-istess ħin li jkun assikurat li l-konsumatur ikollu prezz ġust. Semmiet kif id-diskussjonijiet mal-importaturi tal-mediċini jibqgħu għaddejjin sabiex fil-futur qrib, il-Gvern jerġa’ jkun f’pożizzjoni li jħabbar roħs ieħor li minnu jibbenefika l-konsumatur.

Dr Dalli tkellmet fuq l-irwol importanti li għandhom l-ispiżjara biex jagħtu parir lill-pazjent dwar it-tip ta’ mediċini li għandu jieħu, speċjalment f’każi fejn il-konsumatur jista’ jixtri mediċini ġeneriċi (mhux tad-ditta) li għandhom l-istess effett u li iżda jiswew ferm anqas.

Iċ-Chairman tal-Awtorità dwar il-Mediċini Prof. Anthony Serracino Inglott fisser kif fil-preżent, l-Awtorità qed taħdem biex Malta tkun konformi mar-regoli Ewropej fejn jidħlu preskrizzjoni ta’ mediċini ġeneriċi.  Spjega li dan se jkun ifisser li t-tobba jkollhom obbligu li fir-riċetta li jagħtu lill-pazjent, joffru mediċini ġeneriċi bħala alternattiva għal dawk tad-ditta. F’każ li dan ma jkunx possibli, it-tabib ikun obbligat jagħti raġuni valida.

Id-Direttur Ġenerali tal- MCCAA is-Sur Godwin Mangion semma’ kif l-Awtorità trid tassikura li l-konsumatur igawdi mill-benefiċċji kollha tas-suq ħieles. Qal li filwaqt li l-prezzijiet tal-mediċini jvarjaw bejn pajjiż u ieħor, id-diskussjonijiet li saru sa issa kemm mal-importaturi u l-manifatturi tal-mediċini barra minn Malta waslu għal roħs fil-prezzijiet.

B’rabta mal-Jum Dinji tal-Ispiżjara li se jkun qed jitfakkar nhar il-Ħamis 25 ta’ Settembru, il-Ministru Helena Dalli semmiet kif għall-ewwel darba, minn Ottubru li ġej, l-Università ta’ Malta se tkun qed toffri kors fil-livell ta’ Dottorat fil-Farmaċija bi speċjalizzazzjoni fil-qasam kliniku.

Il-Kap tad-Dipartiment tal-Farmaċija fl-Università ta’ Malta Prof. Lilian Azzopardi spjegat kif dan il-kors, li għalih diġà applikaw 26 spiżjar kemm Maltin u anke barranin, se jkun qed isir b’kollaborazzjoni mal-Università ta’ Illinois f’Chicago li hija università avvanzata fl-Istati Uniti fil-qasam tal-farmaċija.

Is-Sur Reġinald Fava f’isem l-importaturi tal-mediċini faħħar l-introduzzjoni ta’ dan il-kors u emfasizza l-importanza tal-ispiżjara fil-komunità. Qal li l-ispiżjara jistgħu jagħtu l-pariri inizjali lill-pazjenti mhux biss fejn tidħol saħħa iżda anke wkoll fejn jidħlu varjetà tal-mediċini disponibbli fis-suq.

Preżenti għall-konferenza tal-aħbarijiet kien hemm ukoll bosta studenti tal-farmaċija li tellgħu stand b’materjal edukattiv għall-pubbliku dwar kuxjenza akbar fuq l-irwol tal-ispiżjara.

pr142123a.pdfpr142123a.pdf

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Inqas burokrazija, aktar vuċi u protezzjoni għall-volontarjat: Riforma fil-volontarjat li tagħti aktar saħħa lill-organizzazzjonijiet u, għall-ewwel darba, protezzjoni legali speċifika lill-voluntiera

PR262044

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inqas burokrazij...

More Press Releases Right arrow