Left arrow Mur Lura

IL-PRIM MINISTRU FID-DISGĦA U SITTIN SESSJONI TAL-ASSEMBLEA ĠENERALI TAN-NAZZJONIJIET UNITI

pr142120
Date Icon 22/09/2014

Illum waranofsinhar il-Prim Ministru Joseph Muscat ħalla Malta għal New York fl-Istati Uniti fejn se jkun qed jieħu sehem fid-disgħa u sittin sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.

Iktar minn mija u erbgħin kap ta’ stat jew gvern jingħaqdu f’diskussjonijiet dwar temi ta’ importanza globali, fosthom x’għandu jsir iktar biex titħares id-dinjità tal-bniedem quddiem il-kunflitti li qed jheddu l-paċi u s-sigurtà, bħall-vjolenza fis-Sirja u l-Iraq, is-sitwazzjoni volatili fl-Ukrajna, in-nuqqas ta’ ordni fil-Libja u l-gwerra mdemmija f’Gaża.

Tema oħra li mistennija tkun diskussa waqt l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti hija l-bżonn ta’ koperazzjoni internazzjonali fil-ġlieda kontra l-virus tal-ebola li qed joħloq mhux biss kriżi ta’ saħħa iżda wkoll konsegwenzi umanitarji, ekonomiċi u soċjali li jistgħu jinfirxu lil hinn mill-pajjiżi milquta direttament.

Fi New York, il-Prim Ministru Joseph Muscat se jieħu sehem ukoll f’summit dwar it-tibdil fil-klima ppresedut mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u li mistenni jkollu attendenza b’saħħitha ta’ gvernijiet, rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, kapijiet eżekuttivi ta’ kumpaniji multi-nazzjonali u personalitajiet influwenti dinjin. Dan is-summit se jkollu l-għan li jimmobilizza r-rieda politika għal ftehim importanti dwar il-klima u li jiġġenera passi ambizzjużi biex jitnaqqsu l-emmissjonijiet velenużi fl-arja.

Aparti laqgħat separati mat-tmexxija tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-Commonwealth, Dr Muscat u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Dr George Vella se jkollhom ukoll taħdidiet bilaterali ma’ numru ta’ pajjiżi differenti. Dr Muscat se jkun wieħed mill-Prim Ministri li jmexxi laqgħa dwar ir-riforma taċ-CHOGM.

Waqt din iż-żjara se jitfakkar il-ħamsin anniversarju ta’ Malta Indipendenti li huwa wkoll il-ħamsin anniversarju mindu pajjiżna daħal fin-Nazzjonijiet Uniti. Dr Muscat se jżur ukoll il-komunità Maltija fi New York u f’San Francisco.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Inqas burokrazija, aktar vuċi u protezzjoni għall-volontarjat: Riforma fil-volontarjat li tagħti aktar saħħa lill-organizzazzjonijiet u, għall-ewwel darba, protezzjoni legali speċifika lill-voluntiera

PR262044

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inqas burokrazij...

Aktar Stqarrijiet Right arrow