Left arrow Go Back

IL-MINISTRU GĦAT-TURIŻMU DR EDWARD ZAMMIT LEWIS INIEDI L-FESTIVAL MEDITERRANEA 2014

pr142119
Date Icon 22/09/2014

“Il-Kumitat Konsultattiv dwar il-Politika għat-Turiżmu se jibda proċess ta’ konsultazzjoni mal-varji Ministeri fil-jiem li ġejjin”

Il-Ministru għat-Turiżmu Dr Edward Zammit Lewis iniedi t-tlettax-il edizzjoni tal-Festival Mediterranea li se jkun organizzat fit-Teatru Astra; festival li jiġbor fih arti, kultura u mużika u li issa kiseb postu fil-kalendarju ta’ attivitajiet f’Għawdex.

Il-Ministru għat-Turiżmu spjega li dan il-festival huwa ta’ opportunità biex tkun promossa aktar in-niċċa tat-turiżmu kulturali, filwaqt li jesponi aspetti tal-identità, il-kultura u t-tradizzjonijiet lokali.   L-Opra u l-Festival Mediterranea jorbtu flimkien lill-Belt Victoria f’Għawdex bħala destinazzjoni ta’ kwalità u jkomplu jtejbu l-prodott turistiku tagħna.

“It-turiżmu kulturali huwa parti mill-istrateġija tal-Gvern li jara li kull niċċa li toffri pontenzjal ta’ turiżmu kemm intern u estern, tkun mgħejjuna,” żied il-Ministru għat-Turiżmu Dr Edward Zammit Lewis. Huwa għamel referenza għar-reviżjoni tal-politika għat-turiżmu li l-istess Ministeru għat-Turiżmu qed iħejji u li se tkun qed titnieda f’Marzu 2015 u twassal sas-sena 2020. Apparti dan, b’mod proattiv il-Ministru sostna li dan il-Gvern qed iħejji viżjoni fuq il-politika tat-turiżmu li twassal għall-2030; liema viżjoni hi l-ewwel tax-xorta tagħha fis-settur turistiku.

Il-Ministru għat-Turiżmu saħaq li huwa importanti li kontinwament nirreklamaw il-wirt kulturali ta’ Malta li huwa wieħed għani, kif ukoll frott ta’ 7,000 sena storja. Il-prodott kulturali, li hu distint mid-destinazzjonijiet kompetituri tagħna, jgħinna negħlbu l-problema tal-istaġjonalità u nattiraw turisti s-sena kollha.

Il-festival u l-opra li jiġu organizzati fi żmien iktar kajman fil-gżira Għawdxija jservu wkoll biex ikattru l-ekonomija ta’ Għawdex.

“Avvenimenti bħal dawn juru li meta x-xogħol isir b’serjetà, ippjanar u dedikazzjoni, anke kommunità pjuttost ċkejkna ta’ voluntiera kapaċi toħloq prodott li jinbiegħ barra minn pajjiżna,” kompla jgħid il-Ministru għat-Turiżmu Dr Edward Zammit Lewis. Is-sabiħ ta’ festival bħal dan hu li jirnexxielu jintegra aspetti differenti tal-esperjenza Għawdxija sabiex mhux biss jiġbed lejh lil min hu interessat fl-opra, iżda jħajru jestendi ż-żjara tiegħu biex igawdi l-firxa aktar wiesgħa ta’ dak li toffri l-gżira Għawdxija matul il-ħarifa tagħna.

“Wieħed japprezza ħafna l-isfidi li jiffaċċjaw destinazzjonijiet bħal Għawdex,” fisser il-Ministru għat-Turiżmu.  “Dawn id-destinazzjonijiet ibatu minn insularità doppja u għalhekk isofru mill-effetti tal-istaġjonalità b’mod sproporzjonat.  Huwa permezz ta’ inizjattivi bħal Mediterranea li nistgħu nibdew nikkumbattu dawn l-isfidi: inizjattivi li mhux biss iseħħu fl-aktar perjodu meta hemm bżonnhom, iżda li jsiru bi professjonalità, b’dedikazzjoni u b’ħila: inizjattivi li joħorġu dak li hu ġenwin fid-destinazzjoni, preċiżament dak li jkun qiegħed ifittex it-turist sofistikat li qegħdin nistinkaw biex nattiraw lejn pajjiżna,” żied il-Ministru għat-Turiżmu.

Il-Ministru għat-Turiżmu temm bl-awgurju tiegħu tal-akbar suċċess kemm għall-festival kif ukoll għall-opra u qal li din l-inizjattiva tikkonferma l-impenn tat-Teatru Astra, li hi f’sinerġija mal-ħidma politika tal-Gvern biex inkomplu nattiraw turisti ta’ kwalità.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Inqas burokrazija, aktar vuċi u protezzjoni għall-volontarjat: Riforma fil-volontarjat li tagħti aktar saħħa lill-organizzazzjonijiet u, għall-ewwel darba, protezzjoni legali speċifika lill-voluntiera

PR262044

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inqas burokrazij...

More Press Releases Right arrow