SUĊĊESS GĦALL-ATLETI MALTIN FL-ISPECIAL OLYMPIC SUMMER GAMES
pr142116
22/09/2014
Il-Ħadd filgħaxija waslu lura minn Brussel l-atleti Maltin li ħadu sehem fl-iSpecial Olympic Summer Games. Il-Ministru għal-Familja u Solidarjetà Socjali Michael Farrugia, flimkien mas-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius laqgħu lill-atleti kollha hekk kif waslu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Huma ferħu lill-atleti kollha għas-suċċess li kisbu.
Matul l-iSpecial Olympics, id-delegazzjoni Maltija kienet onorata bi 58 medalja: 24 tad-deheb, 16 tal-fidda, 18 tal-bronz u erba’ ribbons.
Stqarrijiet Oħra:
PR262045
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...
PR262044