Left arrow Mur Lura

WEEKEND INFORMATTIV F’GĦAWDEX DWAR ID-DIMENSJA U D-DIŻABILITÀ

pr142114
Date Icon 22/09/2014

Is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva organizza żewġ seminars ta’ informazzjoni f’Għawdex bl-għan li jkabbar l-għarfien fuq il-kundizzjoni tad-dimensja, kif ukoll jagħti informazzjoni dwar is-servizzi mogħtija għal-Persuni b’Diżabilità.

Fil-ftuħ tas-seminar informattiv dwar id-dimensja, is-Segretarju Parlamentari qalet li l-kundizzjoni tad-dimensja f’Malta u f’Għawdex qegħda tiżdied bl-istess mod ta’ kif qegħda tiżdied globalment u Għawdex bħala reġjun b’popolazzjoni anzjana per eccellenza hija milquta hafna minn din l-kundizzjoni. Qalet ukoll li l-Gvern qiegħed jiffinalizza l-Istrateġija Nazzjonali dwar id-Dimensja hekk kif issa għalaq il-proċess ta’ konsultazzjoni tagħha. Dr Caruana semmiet kif Malta hija waħda minn ta’ l-ewwel li ser tkun addottat pjan Nazzjonali dwar id-Dimensja u li għalkemm dan il-pjan għadu ma ġiex ippubblikat uffiċjalment, diġà bdiet ħidma biex jiżdied it-tagħrif u s-servizzi fuq id-dimensja. Peress li hawn nuqqas ta’ għarfien fost il-ħaddiema fis-settur, is-Segretarjat Parlamentari qiegħed jorganizza sezzjonijiet ta’ taħriġ lill-ħaddiema. Is-Segretarju Parlamentari, ħabbret li s-Segretarjat ser ikun għaddej b’kampanja estensiva ta’ għarfien mal-Malta Dementia Society fuq bażi nazzjonali. Wara dan is-seminar ġiet organizzata wkoll Memory Walk li fiha ħadet sehem ukoll is-Segretarju Parlamentari.

Fis-seminar informattiv dwar is-servizzi għal-persuni b’Diżabilità, Dr Justyne Caruana qalet li huwa kruċjali li l-poplu Għawdxi jkun infurmat sewwa bis-servizzi mogħtija mil-Gvern għal-Persuni b’Diżabilità. Semmiet li għaddeja l-aħħar ħidma biex tiġi uffiċjalment ippubblikata l-Politika Nazzjonali għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità. Semmiet ukoll li f’Għawdex għadu kif infetaħ uffiċjalment uffiċju għal-Kummisjoni Nazzjonali għal-Persuni b’Diżabilità ġewwa s-Sannat. F’dan is-seminar kien hemm rappreżentanti minn entitajiet differenti mis-settur tad-diżabilità, fosthom mill-Aġenzija Sapport, mill-Kummisjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità, rappreżentanti fuq l-istandards għar-residenzi ta’ persuni b’diżabilità u fuq il-politika għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità. Kien hemm ukoll rappreżentanti mill-Knisja, mil-qasam legali u mill-Kunsilli Lokali, kif ukoll mill-Uffiċċju tal-Guardianship Board li ġie miftuħ mill-istess Segretarju Parlamentari ġimgħa ilhu.

Dr  Caruana rringrazzjat lil kull min attenda għal dawn is-seminars ta’ informazzjoni, b’mod partikolari lill-E.T. Mons. Isqof Grech.

Filmat seminar dementia + memory walk:

https://www.wetransfer.com/downloads/68d6f9b001062ced0b7faecba761269220140919211738/32e131

Filmat seminar diżabilità:

https://www.wetransfer.com/downloads/148abb60da07e98ec48bffedc7c0126b20140920085121/839852547679a3fd5381e42a15d072cd20140920085121/3a2d74

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Inqas burokrazija, aktar vuċi u protezzjoni għall-volontarjat: Riforma fil-volontarjat li tagħti aktar saħħa lill-organizzazzjonijiet u, għall-ewwel darba, protezzjoni legali speċifika lill-voluntiera

PR262044

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inqas burokrazij...

Aktar Stqarrijiet Right arrow