JINFETAĦ UFFIĊJALMENT IĊ-ĊENTRU ‘SPERO’ GĦAL PERSUNI NIEQSA MID-DAWL
Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana illum fetħet uffiċjalment iċ-ċentru SPERO għal persuni neqsin mid-dawl. Dan iċ-ċentru huwa wieħed mill-għaxar ċentri ta’ matul il-jum li tieħu ħsieb l-Aġenzija Sapport għal Persuni b’Diżabilità. Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana qalet li din hija qabża oħra fil-kwalità għall-ħajja ta’ dawn il-persuni għaliex il-Gvern kommess li jkompli jtejjeb is-servizzi għal persuni b’diżabilità u dan huwa eżempju ċar ta’ dan.
Iċ-ċentru SPERO se jkun qiegħed jagħti servizz lil għoxrin persuna li qabel kienu jieħdu servizz f’ċentru ġewwa Santa Venera li ma kienx idoneju għal dawn il-persuni. Dan iċ-ċentru ġie miftuħ b’kollaborazzjoni mal-OUTLOOK fuq bażi ta’ Public Private Partnership.
Stqarrijiet Oħra:
PR262045
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...
PR262044