Left arrow Go Back

PROĠETT TA’ YiA MINN ŻEJTUN CORINTHIANS YOUTH NURSERY

pr142112
Date Icon 22/09/2014

L-opportunitajiet li toffri l-Unjoni Ewropea speċjalment liż-żgħażagħ għandhom ikunu sfruttati jekk jista’ jkun miż-żgħażagħ kollha.  Dan kien il-messaġġ li wassal is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, Chris Agius meta żar l-iskambju ta’ żgħażagħ li qed jorganizzaw Żejtun Corinthians Youth Nursery f’pajjiżna bejn is-16 u l-25 ta’ Settembru.  Dan l-iskambju qed jenfasizza l-importanza tat-tliet F fl-isport; Fun, Fitness u Fair Play.

L-iskambju qed ilaqqa’ f’pajjiżna 30 żagħżugħ u żagħżugħa minn 5 pajjiżi differenti fl-Ewropa li huma ż-Żejtun f’Malta, Antalya tat-Turkija, Celano tal-Italja, Seville ta’ Spanja u Ruse tal-Bulgarija.  Waqt dan l-iskambju ż-żgħażagħ, minbarra attivitajiet sportivi qed ikollhom serje ta’ sessjonijiet relatati mat-tema fosthom dwar ħajja aktar sana, sessjoni li saret mill-Health Promotion Unit u d-diżabilità fl-isport sessjoni minn Rhoda Garland mill-uffiċċju tal-Focal Point tas-Segretarjat Parlamentari għad-diżabilità u anzjanità attiva.  Minbarra dan kollu ż-żgħażagħ kellhom ċ-ċans li jżuru postijiet storiċi bħall-Belt Valletta u l-Imdina.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Inqas burokrazija, aktar vuċi u protezzjoni għall-volontarjat: Riforma fil-volontarjat li tagħti aktar saħħa lill-organizzazzjonijiet u, għall-ewwel darba, protezzjoni legali speċifika lill-voluntiera

PR262044

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inqas burokrazij...

More Press Releases Right arrow