Left arrow Mur Lura

IL-PRESIDENT TA’ MALTA MARIE LOUISE COLEIRO PRECA TIRRINGRAZZJA LIĊ-ĊIKLISTI LI ĦADU SEHEM FL-EWWEL MARATONA TAĊ-ĊIKLIŻMU B’RISQ IL-MALTA COMMUNITY CHEST FUND

pr142109
Date Icon 22/09/2014

Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca rringrazzjat lill-ħamsa u sebgħin ċiklist li ħadu sehem fl-ewwel maratona taċ-ċikliżmu b’risq il-Malta Community Chest Fund.

Din l-attività kienet tagħmel parti mill-Ġimgħa Ewropea dwar il-Mobilità Urbana li saret biex titqanqal kuxjenza għal trasport li jagħmel inqas ħsara lill-ambjent.  L-attivitajiet f’Malta ġew organizzati minn Transport Malta b’kollaborazzjoni mal-kunsilli lokali.

Fi tmiem tal-Maratona fejn iċ-ċiklisti qadfu fi tlettax –il lokalita’ madwar Malta, il-President ta’ Malta rringrazzjat lil dawn iċ-ċiklisti li permezz ta’ dan l-isport ġabru flus għal dawk li jibbenefikaw mill-Malta Community Chest Fund.  Il-President semmiet il-mijiet ta’ pazjenti li qed jibbenefikaw mill-Malta Community Chest Fund, bil-bżonnijiet tal-istess pazjenti dejjem qed jiżdiedu u għalhekk il-bżonn li l-poplu jibqa’ għaddej b’din il-kuxjenza favur min għandu bżonn l-għajnuna.

Il-President ħeġġet għas-sehem tal-pubbliku fil-Bike Ride li se ssir nhar il-Ħadd 26 t’Ottubru. Għall-ewwel darba din l-attività se tkun qed issir fuq bażi nazzjonali.

L-għan tal-attività huwa li jinġabru fondi għal The Malta Community Chest Fund u għalhekk huma mistiedna dawk kollha li jsuqu r-roti u l-muturi, inkluż tfal bir-roti. Madankollu kull parteċipant minn 16-il sena ‘l fuq se jkun qed jintalab jagħti donazzjoni ta’ €10.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Inqas burokrazija, aktar vuċi u protezzjoni għall-volontarjat: Riforma fil-volontarjat li tagħti aktar saħħa lill-organizzazzjonijiet u, għall-ewwel darba, protezzjoni legali speċifika lill-voluntiera

PR262044

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inqas burokrazij...

Aktar Stqarrijiet Right arrow