INAWGURAZZJONI TAS-SISTEMA DIĠITALI ĠDIDA TAĊ-ĊINEMA F’GĦAWDEX
Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo inawgura uffiċjalment is-Sistema Diġitali ġdida taċ-Ċinema fl-Oratorju Don Bosco fir-Rabat Għawdex. Din is-sistema hija ta’ benefiċċju għat-tfal, iż-żgħażagħ u l-familji Għawdxin. Fl-istess waqt din qed tkompli tagħti lill-gżira ta’ Għawdex l-unika ċinema operazzjonali bħalisssa. Dan l-investiment, li jinkludi wkoll sistema ġdida ta’ surround system Dolby 7.1, sar grazzi għas-sapport tal-Ministeru għal Għawdex kif ukoll bl-għajnuna finanzjarja li qed tingħata mill-Istat lis-swali taċ-ċinema f’pajjiżna fid-dawl tal-iżviluppi kbar u mgħaġġla li saru fit-teknoloġija ċinematografika mondjali f’dawn l-aħħar ftit snin.
Il-Ministru għal Għawdex esprima s-sodisfazzjoni tiegħu għal dan ix-xogħol li qed isir mill-Oratorju Don Bosco favur it-tfal, iż-żgħażagħ u l-familji Għawdxin. Huwa reġa’ tenna li l-Ministeru għal Għawdex huwa dejjem favur dawn l-inizjattivi u dejjem ser ikun qed igħin aktar inizjattivi. Bħala parti mill-inawgurazzjoni uffiċjali intwera l-film Noah għall-mistiedna kollha grazzi għall-KRS Releasing Limited.
Stqarrijiet Oħra:
PR262045
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...
PR262044