Left arrow Go Back

INAWGURAZZJONI TAS-SISTEMA DIĠITALI ĠDIDA TAĊ-ĊINEMA F’GĦAWDEX

pr142106
Date Icon 21/09/2014

Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo inawgura uffiċjalment is-Sistema Diġitali ġdida taċ-Ċinema fl-Oratorju Don Bosco fir-Rabat Għawdex.  Din is-sistema hija ta’ benefiċċju għat-tfal, iż-żgħażagħ u l-familji Għawdxin. Fl-istess waqt din qed tkompli tagħti lill-gżira ta’ Għawdex l-unika ċinema operazzjonali bħalisssa. Dan l-investiment, li jinkludi wkoll sistema ġdida ta’ surround system Dolby 7.1, sar grazzi għas-sapport tal-Ministeru għal Għawdex kif ukoll bl-għajnuna finanzjarja li qed tingħata mill-Istat lis-swali taċ-ċinema f’pajjiżna fid-dawl tal-iżviluppi kbar u mgħaġġla li saru fit-teknoloġija ċinematografika mondjali f’dawn l-aħħar ftit snin. 

Il-Ministru għal Għawdex esprima s-sodisfazzjoni tiegħu għal dan ix-xogħol li qed isir mill-Oratorju Don Bosco favur it-tfal, iż-żgħażagħ u l-familji Għawdxin.  Huwa reġa’ tenna li l-Ministeru għal Għawdex huwa dejjem favur dawn l-inizjattivi u dejjem ser ikun qed igħin  aktar inizjattivi.  Bħala parti mill-inawgurazzjoni uffiċjali intwera l-film Noah għall-mistiedna kollha grazzi  għall-KRS Releasing Limited.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ liġi ġdida dwar il-logħob tan-nar, biex il-qasam tal-piroteknika jkollu qafas regolatorju li jirrifletti ż-żminijiet tal-lum u mhux ir-regoli tal-passat – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR262045

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sena d-dieħla se tidħ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Inqas burokrazija, aktar vuċi u protezzjoni għall-volontarjat: Riforma fil-volontarjat li tagħti aktar saħħa lill-organizzazzjonijiet u, għall-ewwel darba, protezzjoni legali speċifika lill-voluntiera

PR262044

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inqas burokrazij...

More Press Releases Right arrow